Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

L-għan ewlieni tas-Servizz tal-Fostering hu li joffri esperjenza ta’ familja lil tfal li għal raġunijiet speċifiċi ma jistgħux jgħixu mal-familja bijoloġika tagħhom. Ir-raġunijiet għaliex it-tfal jibbenefikaw f’foster care huma diversi. Is-Servizz tal-Fostering għandu l-għan li jintegra mill-ġdid it-tfal mal-ġenituri bijoloġiċi jekk dan ikun fl-aħjar interess tal-istess minuri. F’każ li dan ma jkunx possibbli, il-fostering joffri kura u pjan ta’ permanenza.

Individwi interessati li jiffosterjaw, ikunu approvati uffiċjalment mid-Direttorat tat-Tfal (Kura Alternattiva). Il-proċess jinvolvi li persuna tattendi taħriġ obbligatorju. Wara t-taħriġ, isir assessjar minn ħaddiema soċjali sabiex jiġi evalwat jekk il-persuni li attendew it-taħriġ għandhomx il-ħiliet neċessarji. Il-ħaddiema soċjali joħorġu rapport u dan jintbagħat lill-Bord tal-Fostering. Id-deċiżjoni finali, dwar jekk l-applikanti għandhomx jiġu approvati bħala foster carers, tittieħed mill-istess Bord.

It-tfal jingħataw l-opportunità li jgħixu f’ambjent ta’ familja fejn jingħataw imħabba, sigurtà u stabbiltà. Permezz tal-fostering, it-tfal jingħataw diversi opportunitajiet sabiex jiżviluppaw aktar il-kapaċitajiet, il-ħiliet u l-karattri tagħhom bl-għan li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.