Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), l-impjegati tagħna huma fundamentali għas-suċċess tagħna w instrumentali biex jilħqu l-għanijiet tagħna. L-Aġenziji tagħna huma kommessi li jipprovdu servizzi ta’ kwalità lil dawk fil-bżonn. Tim ta’ mpjegati b’għarfien u li dejjem ikomplu jitgħallmu biex jikkontribwixxu għal dawn il-kisbiet.

L-FSWS timpjega aktar minn 800 ħaddiem u d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani hu responsabbli li jipprovdi servizzi relatati mar-Riżorsi Umani madwar l-aġenziji kollha. Dan l-uffiċċju għandu diversi funzjonijiet, li jvarjaw mill-benesseri tal-ħaddiema, li jimpjega ħaddiema ġodda, li jgħinhom ikomplu jaħdmu mal-fondazzjoni, li jipprovdilhom it-taħriġ u jgħinhom fl-iżvilupp professjonali tagħhom. Dmirijiet oħra jinkludu unuri u rikonoxximenti, relazzjonijiet industrijali, proċeduri legali u l-proċessi tal-performance appraisals tal-impjegati. Barra hekk, dan l-uffiċċju hu wkoll responsabbli mid-disinn effettiv u l-implimentazzjoni ta’ politiki, proċeduri u li jkun assigurat li l-implimentazzjoni tagħhom isseħħ.

Qed isir sforz biex lil persuni li jaħdmu ma’ tfal, żgħażagħ, adulti u famiji fil-bżonn, jingħataw il-ħiliet neċessarji ħalli b’dawn il-ħiliet u l-esperjenza jilħqu l-miri tal-Fondazzjoni. 

L-FSWS toffri wkoll opportunitajiet ta’ xogħol lill-istudenti, li jvarjaw fil-professjoni akkademika li jkunu qed jistudjaw. Barra minn hekk, il-fondazzjoni toffri żvilupp professjonali kontinwu lill-professjonisti kollha li għandhom il-warrant, kif ukoll opportunitajiet ta’ taħriġ kontinwu, kemm lokalment, kif ukoll barra minn Malta għall-impjegati kollha. Isiru wkoll evalwazzjonijiet tat-taħriġ biex ikun żgurat li l-għanijiet tat-taħriġ qed jintlaħqu.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.