Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Il-programm taż-żgħażagħ jindirizza l-bżonnijiet taż-żgħażagħ li huma f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Is-servizz huwa mmirat għal żgħażagħ li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn l-14 u t-18-il sena u li jkunu qegħdin jesebixxu mġiba diffiċli. Il-programm jappoġġja liż-żgħażagħ billi jipprovdilhom ambjent li huwa sigur fejn huma jkunu jistgħu jesprimu s-sentimenti u l-emozzjonijiet mingħajr ma jkunu ġġudikati.

Filwaqt li l-programm qed isaħħaħ l-iżvilupp tal-ħiliet varji, l-adoloxxent ikun jista’ jgħix b’mod sigur u b’saħħtu fil-komunità fejn jgħix minkejja diversi sfidi li jista’ jiffaċċja.

Dawn l-isfidi jistgħu jinkludu fost l-oħrajn realtajiet diffiċli fil-familji li jkunu ġejjin minnhom, kuntest fejn iż-żgħażagħ ma jirnexxilhomx jintegraw fis-sistema edukattiva, prostituzzjoni, problemi mal-awtoritajiet, ksur ta’ liġi, abbuż minn sustani illegali u dipendenzi oħrajn inkluż dik tat-teknoloġija.​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.