Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Is-Servizz tal-Embark for Life jindirizza l-bżonnijiet taż-żgħażagħ li huma f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. Dawn jinkludu żgħażagħ li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 15 u 25 sena li għal raġunijiet varji u sitwazzjonijiet fil-ħajja tagħhom, jiffaċċjaw diversi diffikultajiet biex isibu u jżommu x-xogħol. Barra minn hekk, l-għan tas-servizz huwa li jinkoraġġixxi ż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fi programmi edukattivi biex b’hekk ikun aktar faċli biex isibu xogħol.

Is-servizz ukoll jappoġġja liż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod aktar indipendenti fil-komunità u jtejbu l-livell tal-ħajja tagħhom. Is-servizz huwa mmirat għal diversi żgħażagħ li jkunu qed jesperjenzaw diversi realtajiet bħal vizzji, dinamika fil-familja, kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, problemi bil-liġi, emozzjonijiet instabbli u mġiba diffiċli fost diversi oħrajn. Biex nindirizzaw diversi għanijiet, professjonisti mis-Servizz tal-Embark for Life jaħdmu maż-żgħażagħ fuq livell individwali filwaqt li jgħaddulhom l-informazzjoni u l-appoġġ li huma jeħtieġu. ​​​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.