Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Każijiet ta’ vittmi adulti ta’ traffikar uman jiġu segwiti minn żewġ servizzi distinti. Is-Servizzi tal-Vjolenza Domestika jsegwu l-każijiet ta’ traffikar għall-iskop tal-isfruttament sesswali, mentri fir-rigward ta’ traffikar ta’ persuni oħra, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta ġeneralment jinforma lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali dwar kull każ ta’ traffikar li potenzjalment ikun jeħtieġ għajnuna soċjali.

Dan isir f’konformità ma’ Memorandum of Understanding bejn il-Korp tal-Pulizija u l-Ministeru. F’tali każijiet il-Ministeru jipprovdi appoġġ permezz ta’ interventi soċjali professjonali minn ħaddiema soċjali mill-Aġenzija Appoġġ, fejn jintervistaw, jivvalutaw, jagħtu pariri u jipprovdu appoġġ lill-vittmi.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.