Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Direttorat tal-Kura Alternattiva

Id-Direttorat għall-Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ), għandu l-għan li jissalvagwardja l-benesseri tat-tfal f’kura alternattiva, żgħażagħ u adoloxxenti vulnerabbli. Id-Direttorat jagħmel ħiltu biex jiżgura li l-vuċi tagħhom tinstema, ikollhom l-opportunità li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiżguraw is-sikurezza tagħhom matul l-iżvilupp tagħhom.

Permezz tas-servizzi varji provduti, li jinkludu s-servizz tal-Adozzjoni, Fostering, il-Looked after Children, Paediatric Support, Supervised Assess Visits, After Care Service, is-Servizzi taż-Żgħażagħ u d-Djar fil-Komunità, jingħata sostenn lill-partijiet kollha involuti fil-ħajja tal-minuri li qegħdin f’kura alternattiva, u tiġi ffaċilitata ir-riunifikazzjoni, fejn possibbli. L-għan aħħari huwa li t-tfal u ż-żgħażagħ jaslu lejn il-ħajja adulta f’ambjent sikur, f’għozza u stabilita’.

Bħala parti mill-viżjoni tiegħu, id-Direttorat għall-Kura Alternattiva (it-Tfal u ż-Żgħażagħ) għandu l-għan li jadatta għal tendenzi ġodda li joħorġu mill-komunità, il-prattika diretta, ir-riċerka, u permezz tat-titjib u l-iżvilupp tas-servizzi tiegħu, sabiex ikompli jipprovdi l-aħjar approċċ fl-appoġġ għat-tfal, iż-żgħażagħ u n-netwerk ta’ sapport tagħhom.

  • Ir-riunifikazzjonijiet mal-familja tat-twelid
  • Il-permanenza, kemm jekk tkun fil-Foster Care, f’Kura Residenzjali u/jew f’Kura Komunitarja
  • L-possibilita’ ta’ addozzjoni
  • After Care

Il-Vjaġġ ta' adozzjoni

Il-Vjaġġ ta' Fostering

Direttur ta' Direttorat għall-Kura Alternattiva

Remenda Grech
Directorate for Alternative Care

Aħbarijiet

Artikoli minn l-Aġenziji u d-Direttorati kollha

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.