Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Is-servizz ibbażat ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi joffri servizz komprensiv ta’ kura psiko-soċjali lill-klijenti li jbatu minn diffikultajiet ta’ saħħa mentali u lill-familjari tagħhom. Dan isir biex il-klijenti u l-familjari jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-ħaddiema soċjali huma parti minn tim multidixxiplinarju li jikkonsisti f’konsulenti psikjatriċi, tobba, infermiera u psikologi li jipprovdu servizz fil-komunità.

In-nies li jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz iridu jkunu residenti ta’ Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi. Il-klijenti u l-familjari jiġu segwiti permezz ta’ visti fid-djar jew laqgħat fl-uffiċċju ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa, u anke f’ħidma ma’ professjonisti oħrajn dejjem skont il-bżonnijiet tal-klijenti.

Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 2144 0170. jew ibgħatu imejl fuq [email protected] / [email protected]

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.