Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

​​​Is-Servizzi fil-Komunità jiffurmaw parti mill-Aġenzija ta’ Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità, u huma mibnija fuq il-prinċipji ta’ żvilupp tal-komunità, fosthom:

  • Kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji u komunitajiet, mibnija fuq is-sisien ta’ żvilupp soċjali sostenibbli.
  • Filosofija ffukata fuq il-klijent fil-kuntest tal-komunità li jgħix fiha.
  • Pjan t’azzjoni bi qbil bejn il-klijent u l-professjonisti involuti.
  • Perspettivi innovativi u multidixxiplinarji.
  • L-użu ta’ kejl tal-eżitu.

Is-Servizzi fil-Komunità joperaw b’mod differenti skont il-komunità li fiha joperaw, iżda madankollu joffru servizzi ta’ Xogħol Soċjali u Mentoring f’kull komunità fejn hemm servizz offrut. Dawn is-servizzi fil-komunità huma:

  • Qawra Community Services
  • Mosta Community Services
  • Msida and Birkirkara Community Services.
  • Valletta Community Services.
  • Cottonera Community Services.
  • Żabbar Community Services.

Is-Servizzi fil-Komunità joffru wkoll is-servizzi ta’ Mentoring f’lokalitajiet fuq bażi reġjonali kemm fis-servizzi msemmija hawn fuq kif ukoll f’lokalitajiet oħra f’Malta. Dawn is-servizzi jagħmlu użu mill-ħaddiema soċjali tal-Intake and Family Support Service tal-Aġenzija Appoġġ. Dawn jinkludu ċentri oħra li huma:

  • Ċentru f’Santa Luċija (parti mill-Cottonera Community Services)
  • Western Community (li jassisti familji f’lokalitajiet fil-Punent ta’ Malta)
  • Northern Harbour Community (li jassisti familji f’lokalitajiet madwar ir-reġjun tat-Tramuntana tal-Port)
  • Southern Community (li jassisti familji f’lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta)

Għaldaqstant, wieħed jista’ jsib lista kompluta ta’ liema lokalitajiet jiffurmaw parti minn liema servizz billi jagħfsu hawn​. hawn​

Ix-Xogħol Soċjali, il-ħidma tal-komunità u s-servizz ta’ Mentoring huma offruti kemm lill-individwi kif ukoll lill-familji. Dan isir bl-għan li:

  • Nikkumbattu l-faqar u l-esklużjoni soċjali.
  • Insaħħu l-valur li nieħdu ħsieb xulxin bħala membri tal-istess komunità.
  • nsaħħu l-ħiliet tal-individwi, il-familji u l-komunitajiet li naħdmu magħhom, biex jissarrfu f’familji aktar b’saħħithom, f’abbiltajiet ta’ prospetti aħjar għax-xogħol, stabbiltà fid-dar u għarfien finanzjarju.
  • Insaħħu l-parteċipazzjoni attiva, b’tisħiħ ta’ ħidma konġunta mal-għaqdiet kollha fil-komunità.
  • Foster an attitude of looking for solutions along with investigating challenges among community stakeholders.
FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.