Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Inizjattiva soċjali għal żmien il-Milied hija dik taċ-Children’s Dreams. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jaqta’ x-xewqat tat-tfal li jgħixu f’familji li jkunu għaddejjin minn bosta problemi soċjali. Jgħin ukoll tfal vulnerabbli li jkunu qegħdin jgħixu f’sitwazzjonijet diffiċli fl-ambjent tad-dar tagħhom, u tfal li jgħixu f’bosta djar residenzjali.

Il-ħolm li jkunu jixtiequ t-tfal ivarja minn bosta affarijiet sempliċi u bażiċi bħal xi ikla jew xi ħarġa ċ-ċinema biex jaraw il-film favorit tagħhom, sa ħolm ieħor bħal xi kors f’xi dixxiplina jew snajja’ partikolari.

Mijiet ta’ tfal li jaffaċċjaw problemi soċjali jiġu megħjuna minn dan il-proġett biex ikollhom ukoll il-possibilità li x-xewqa tagħhom fi żmien il-Milied issir realtà, u b’hekk ikunu jistgħu jkunu ferħana bħal tfal oħra.​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.