l-FSWS
Talbiet għal Riċerka
Studenti jew individwi li jixtiequ jagħmlu riċerka fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jiġifieri jiġbru data mingħand xi membri tal-istaff tal-FSWS
u/jew inkella mingħand utenti tas-servizz, għandhom l-ewwel jikkuntattjaw lill-Uffiċċju tar-Riċerka fi ħdan l-FSWS, peress li, l-ewwel, wieħed ikollu bżonn jikseb l-approvazzjoni qabel ma jkun jista’ jibda r-riċerka.
It-talbiet ta’ riċerka jiġu evalwati biex jiġi assigurat li l-istandards etiċi huma segwiti, biex jiġi aċċertat li l-istudju mhux ser ikollu impatt negattiv kemm fuq l-utenti kif ukoll fuq l-għoti tas-servizz, u sabiex jiġi vverifikat jekk parteċipanti potenzjali humiex disponibbli.
Anke jekk it-talba tar-riċerka tiġi approvata, ma jfissirx li ser jinstabu parteċipanti disponibbli. Il-parteċipanti potenzjali għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jipparteċipaw fl-istudju.
Peress li hemm numru limitat ta’ studji li jistgħu jsiru f’daqqa, l-FSWS tagħti prijorità lil dawk l-istudji li jittrattaw temi li huma meqjusa importanti mill-aġenziji fi ħdan l-FSWS. Għalhekk, huwa rakkomandat li, qabel ma jagħżlu l-qasam tal-istudju u qabel ma jissottomettu talba, l-applikanti jiċċekkjaw dwar dawn is-suġġetti mal-Uffiċċju tar-Riċerka tal-FSWS.
Kull min jixtieq jagħmel riċerka fi ħdan l-FSWS għandu jimla formola tat-talba ta’ riċerka online.
L-applikanti għandhom jehmżu
l-indirizz elettroniku: [email protected].
Qabel ma jissottomettu talba għar-riċerka, l-applikanti għandhom ikunu konxji tal-iskedi ta’ żmien ta’ hawn taħt:
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sur Ronald Balzan fuq [email protected] +356 22588938.
Termini u Kundizzjonijiet oħra li japplikaw għal riċerka magħmula minn riċerkaturi li mhumiex studenti.
Nota
L-ewwel pass fil-proċess biex tiġi kkunsidrata t-talba għal riċerka fi ħdan l-FSWS għandu jkun li r-riċerkatur jibgħat e-mail b’informazzjoni dwar l-għanijiet tal-istudju, u dwar x’involviment huwa mistenni min-naħa tal-FSWS. (Mhux iżjed min 3 – 4 paragrafi). F’dan l-istadju m’hemmx bżonn tintbagħat il-formola (Appendiċi Ċ) għat-talba ta’ riċerka minn riċerkaturi li mhumiex studenti.
Jekk/meta jkunu mitluba, id-dokumenti meħtieġa jistgħu jintbagħtu, u tibda tapplika l-informazzjoni ta’ hawn taħt. (Nota: Għalkemm l-FSWS tista’ titlob u tirċievi d-dokumenti meħtieġa, l-FSWS xorta waħda tista’ tirrifjuta l-applikazzjoni).
Miżata ta’ €100 għall-ipproċessar tal-applikazzjoni hija applikabbli għal riċerkaturi li mhumiex studenti. Dawn il-flus jingħataw lill-Aġenzija Appoġġ: Children’s Fund.
Jekk ikun hemm bżonn li l-FSWS tħallas xi sahra lill-impjegati tagħha sabiex it-talba tar-riċerka tkun tista’ tiġi milqugħa, dan il-ħlas jiżdied mal-miżata għall-ipproċessar. Jekk it-talba tiġi approvata, l-applikant jiġi infurmat minn qabel dwar l-ammont ta’ flus li jkun irid iħallas. L-applikant jiġi infurmat minn qabel ħalli jkun jista’ jiddeċiedi jekk ikomplix bir-riċerka tiegħu jew le.
Il-miżata għall-ipproċessar għandha titħallas permezz ta’ trasferiment bankarju, skont id-dettalji mniżżla hawn taħt:
Tingħata rċevuta wara li jsir il-pagament.
Il-ħlas ikun meħtieġ biss jekk l-FSWS tapprova t-talba li tkun saret. L-applikanti jiġu infurmati bil-miktub rigward ir-riżultat tat-talba tagħhom u, jekk din it-talba tiġi approvata, tingħata l-informazzjoni meħtieġa għall-pass li jkun imiss fil-proċess.
Għalkemm l-FSWS tapprova l-applikazzjoni, l-FSWS ma tistax tiggarantixxi li ser jinstabu l-parteċipanti potenzjali, u li dawn ser ikunu jridu jipparteċipaw fir-riċerka.
Jekk il-kontribuzzjoni għar-riċerka min-naħa tal-FSWS ma tkunx possibbli minħabba diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ parteċipanti fir-riċerka, il-miżata li tkun tħallset tingħata lura lill-applikant.