Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

​Iċ-Children’s Fund hija inizjattiva volontarja li bdiet fis-sena 2003. Xogħolha hu li tiġbor fondi sabiex jgħinu lit-tfal li jkunu qegħdin jużaw is-servizzi tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Dawn il-fondi jsostnu ruħhom minn attivitajiet u donazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom ġew megħjuna eluf ta’ tfal.

Apparti sforzi li jsiru biex jgħinu lit-tfal u lill-familji tagħhom biex jegħlbu diversi ostakli li jaffaċċjaw fil-ħajja soċjali, il-ħaddiema soċjali jistgħu jiddeterminaw ukoll li dawn l-istess tfal u l-familji tagħhom għandhom bżonn ta’ għajnuna finanzjarja biex jissodisfaw il-bżonnijiet bażiċi tagħhom. F’dawn il-każijiet, il-ħaddiema soċjali jagħmlu talba għal għajnuna mingħand iċ-Children’s Fund. Iċ-Children’s Fund tassisti u tipprovdi opportunitajiet lil dawn it-tfal sabiex huma wkoll ikollhom iċ-ċans u possibilitajiet bħal tfal oħra.

Il-Fond jagħmel minn kollox sabiex jipprovdi lit-tfal il-bżonnijiet bażiċi tagħhom. Din l-għajnuna li wieħed jista’ japplika għaliha, tvarja skont l-eżiġenza tat-tfal li jkunu identifikati mill-ħaddiema soċjali stess.​

Children Funds
FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.