Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab
X’inhuma l-aċċess b’superviżjoni?

L-aċċess b’superviżjoni huma visti bejn il-ġenituri u wliedhom fejn il-ħsieb ewlieni huwa li t-tfal ikunu kontinwament imħarsa u jiġi assigurat li x-xewqat u d-drittijiet tagħhom ikunu mħarsa.

Meta huwa bżonn is-servizz?

Kuntatt superviżjonat jiġi offrut f’sitwazzjonijiet familjari fejn ġenituri jkunu vittma ta’ sustanzi abbużivi, ikun hemm diffikultajiet ta’ saħħa mentali, nuqqas ta’ ħiliet ta’ ġenitur u problemi fir-relazzjoni mat-tfal. Dan jista’ jsir ukoll meta jkun hemm evidenza li kuntatt dirett bejn iż-żewġ ġenituri jista’ jpoġġi ġenitur wieħed u t-tfal f’periklu għalihom.

Kif tista’ tagħmel kuntatt ma’ dan is-servizz?

L-aċċess superviżjonat huwa mandatorju; għaldaqstant irid ikun ordnat mill-Qorti tal-Familja jew riferut mid-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal. Għalhekk, jekk int qiegħed tissepara u tixtieq l-għajnuna tagħna trid tagħmel talba lill-Qorti.

X’inhuma l-għanijiet ta’ dan is-servizz?

Matul l-interventi mal-membri tal-familja, il-professjonisti jaraw li t-tfal ifittxu li jkollhom relazzjoni pożittiva u għalhekk relazzjoni sana. Il-bżonnijiet tat-tfal ikunu kontinwament imħarsa kif ukoll rispett lejn id-drittijiet tal-ġenituri, u għalhekk il-professjonisti jagħmlu minn kollox biex inaqqsu kull ħsara lejn it-tfal sabiex jiżviluppaw bi stabbiltà.

Meta jopera dan is-servizz?

Dan is-servizz joffri kuntatt superviżjonat mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8 a.m. sat-8 p.m. u s-Sibtijiet mit-8 a.m. sal-5 p.m.
Il-visti jibdew isiru ġewwa l-bini tal-aġenzija sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jevalwaw is-sitwazzjoni familjari u jirrakkomandaw l-awtorità kompetenti jekk l-aċċess għandux jiżdied fil-frekwenza u jinbidel il-post. Visti jistgħu jsiru kemm f’postijiet pubbliċi kif ukoll fid-dar tal-ġenituri wara evalwazzjoni.

Se nkun b’superviżjoni l-ħin kollu?

Is-superviżuri preżenti għandhom l-obbligu li jissuperviżjonaw ir-relazzjoni tat-tfal mal-ġenituri l-ħin kollu tas-sessjoni. Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-Qorti tal-Familja jew id-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jirreferu li l-familja jkollha moniteraġġ. F’dawn is-sitwazzjonijiet, il-professjonisti preżenti jattendu għal parti tal-aċċess tat-tfal mal-ġenituri. Matul l-interventi naraw li t-tfal huma mħarsa u l-ġenituri jingħataw sapport ta’ kif ikunu ġenituri aħjar għal uliedhom. Dan iseħħ jekk isir b’ordni mill-Qorti tal-Familja jew id-Direttorat għall-Ħarsien tat-tfal.

X'inhu l-għan tal-fostering?

L-għan tal-fostering hu li nrabbu u nieħdu ħsieb tfal, f’dak kollu li għandhom bżonn, sakemm il-familji bijoloġiċi tagħhom ikunu f’qagħda aħjar biex jieħdu ħsiebhom.

Min jista' jagħmel il-fostering?

Kulħadd jista’ jagħmel fostering, sakemm ikun adult, jidħol fil-kriterji ta’ eleġibbiltà, u jkollu l-abbiltajiet u l-ħiliet neċessarji biex jieħu ħsieb lit-tfal.

Kif issir foster carer?

Hemm proċess biex issir foster carer. Dan jinkludi l-ewwel vista mill-ħaddiema soċjali fid-dar tal-applikanti, taħriġ inizjali għall-foster carers prospettivi, assessment intensiv mill-ħaddiema soċjali, u fl-aħħar, evalwazzjoni tar-rapport miktub fuq l-assessment mill-ħaddiema soċjali, mill-Bord tal-Fostering. Dan tal-aħħar jiddeċiedi jekk l-applikanti jiġux approvati jew le bħala foster carers.

Min huma t-tfal fil-bżonn ta' foster families?

It-tfal fi bżonn ta’ foster families huma tfal ta’ kull età, minn trabi tat-twelid sa 18-il sena, li l-familji bijoloġiċi tagħhom ikunu għaddejjin minn xi żmien diffiċli li fiċ-ċirkustanzi ma jippermettux li t-tfal jibqgħu jgħixu magħhom.

X’jinvolvi t-taħriġ?

Hemm żewg tipi ta’ taħrig li s-servizz tal-fostering joffri; It-taħriġ għal Prospective Next-of-Kin Foster Carers; Dan huwa taħriġ li jingħata lill-familjari tal-minuri. Dan ikun fuq żewġ sessjonijiet u ġeneralment ikun filgħodu. It-taħriġ għal Prospective Non-Related Foster Carers Dan it-taħriġ għandu tmien sessjonijiet u ġeneralment ikun filgħaxija. Dan it-taħriġ jagħti informazzjoni dettaljata fuq il-proċess tal-fostering. Jagħti wkoll l-opportunità biex wieħed ikun jista’ jsaqsi xi mistoqsijiet li jkollu qabel ma jibda l-esperjenza tal-fostering.

X’jinvolvi l-assessment?

L-assessjar isir mill-ħaddiema soċjali, mal-foster carers prospettivi. Il-ħaddiema soċjali tagħmel numru ta’ visti d-dar biex issir taf aktar lill-applikanti u l-familja tagħhom. Flimkien ikunu jistgħu jiddiskutu l-ħiliet u l-abbiltajiet tal-applikanti, kif ukoll jiddiskutu ċerti diffikultajiet li jistgħu joħorġu matul l-assessjar innifsu, kif ukoll waqt l-esperjenza tal-fostering.

X’inhuma t-tipi differenti ta’ fostering?

Long-term placement – Meta l-placement idum aktar minn 6 xhur.
Short-term placement – Meta l-placement idum inqas minn 6 xhur.
Respite placement – Meta l-placement idum għal ftit ġranet.
Emergency placement – Meta l-minuri jkollhom bżonn placements urġenti.

It-tfal ikollhom kuntatt mal-ġenituri naturali?

Iva. Meta jkun fl-aħjar interess tat-tfal, it-tfal ikollhom kuntatt mal-ġentituri naturali. Dan il-kuntatt jista’ jsir b’visti kemm ġewwa l-APPOĠĠ, kif ukoll barra mill-APPOĠĠ, u jistgħu jkunu taħt superviżjoni.

X’tip ta’ sapport ikollhom il-foster carers mingħand is-social worker?

Il-foster carers ikollhom kuntatt kontinwu mas-social worker li tkun qed taħdem id f’id magħhom sabiex jiġi mħares l-interess tat-tfal fostered. Dan il-kuntatt jista’ jikkonsisti minn telefonati, e-mails u anke visti li jsiru madwar kull erba’ gimgħat fir-residenza tal-foster carers.

X’inizjattivi oħrajn jiġu organizzati biex il-foster carers jingħataw aktar sapport?

Barra mill-kuntatt mal-ħaddiema soċjali, il-foster carers jingħataw aktar sapport billi jingħataw taħriġ kontinwu, jingħataw l-opportunità illi jitkellmu ma’ counsellor fi ħdan il-fostering team stess jekk ikollhom bżonn aktar sapport, u jistgħu jibbenefikaw minn servizzi oħrajn fi ħdan l-Aġenżija bħal pereżempju, terapija tal-familja.

X’domanda hemm għas-servizz tal-fostering?

Id-domanda hija waħda kbira minħabba l-fatt illi b’mod kontinwu, numru ta’ tfal jiġu referuti għas-Servizz tal-Fostering, sabiex jibbenefikaw mis-sigurtà li jipprovdi ambjent ta’ familja, sakemm il-familja bijoloġika tagħhom tiġi fuq saqajha. Sfortunatament, niltaqgħu mar-realtà illi mhux it-tfal kollha referuti ikollhom l-opportunità li jirrisjedu ma’ foster family.

Effettivament, il-fostering kemm qed iħalli impatt pożittiv fil-ħajja tat-tfal li qed jibbenefikaw minnu?

Il-fostering jagħti opportunitajiet ġodda lil tfal li kienu jgħixu f’sitwazzjoni li setgħet kienet ta’ riskju għalihom u li jkunu għaddew minn diversi trawmiet. Jagħtihom opportunità ta’ ambjent san u sigur fejn jistgħu jħejju t-triq futura tagħhom u anke jsaħħu r-relazzjoni mal-familja naturali tagħhom.

X’inhu r-rwol tal-ħaddiema soċjali fi ħdan is-servizz tal-Looked After Children?

Ħaddiema soċjali fi ħdan is-servizz tal-Looked After Children prinċipalment iservu r-rwol ta’ ħaddiema ewlenin f’kull każ tal-minuri.
Kull minuri li jkun qiegħed jiġi segwit minn dan is-servizz jingħata l-opportunità sabiex jibni relzzjoni mal-ħaddiema soċjali tiegħu/tagħha, li l-għan aħħari tagħhom huwa dak li jassiguraw il-benesseri tal-istess minuri.
During the initial meeting, the Social Worker discusses the following:
Fil-fatt, ir-rwol tal-ħaddiema
soċjali huwa dak
li jagħmlu moniteraġġ
ta’ kull minuri fi ħdan ir-residenza alternattiva tiegħu/tagħha,

kif ukoll li jifformulaw pjan ta’ kura sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet u

s-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom.

Min huma l-utenti tas-servizz prinċipali li jiġu segwiti mis-servizz tal-Looked After Children?

It-tim tal-Looked After Children isegwi u jaħdem mat-tfal kollha li jirrisjedu ġewwa residenzi alternattivi varji, i.e. prinċipalment ġewwa djar residenzjali, fostering placements, faċilitajiet li jippromwovu ħajja indipendenti, kif ukoll dawk li huma ffosterjati mill-qraba tagħhom (next-of-kin fostering). Kull minuri li jiġi segwit mis-servizz ikun protett jew taħt Ordni ta’ Ħarsien, taħt Ordni tal-Qorti jew ikun qiegħed jirrisjedi ġewwa r-residenza alternattiva kurrenti tiegħu/tagħha, wara li jkun intlaħaq ftehim volontarju mal-kustodji legali tal-istess minuri. L-età tal-minuri tvarja bejn trabi tat-twelid sa utenti tas-servizz li jkunu laħqu l-età ta’ adulti u qegħdin jgħixu ħajja indipendenti. Fil-fatt, is-servizz jipprevedi li jibqa’ jsegwi utenti tas-servizz li ma għadhomx minuri, sabiex dawn jiġu offruti l-għajnuna u s-sapport meħtieġ sabiex jippruvaw jassiguraw tranżizzjoni bla xkiel għall-ħajja adulta.

Is-servizz huwa ffukat fuq il-bżonnijiet tal-klijent?

Għakemm it-tim tal-Looked After Children huwa magħmul minn numru kbir ta’ professjonisti, l-għan prinċipali jibqa’ dak li jipprovdi servizz li huwa speċifikament iffukat fuq il-klijent u li jindirizza l-bżonnijiet individwali ta’ kull minuri. Fil-fatt, il-ħaddiema soċjali kollha jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jassiguraw li kull tifel u tifla jiġu trattati bħala individwi bil-bżonnijiet u l-gosti diversi tagħhom, filwaqt li jibbażaw pjan ta’ kura adegwat u bbażat fuq dan l-assessjar. Kull tifel u tifla jingħataw l-għajnuna sabiex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom rigward is-sitwazzjoni preżenti tagħhom, kif ukoll jiġu mħeġġa sabiex ikunu parteċipanti attivi fil-pjan ta’ kura tagħhom stess. Fil-fatt, il-kunċett ta’, “il-Vuċi tal-Minuri”, huwa prinċipju fundamentali li fuqu huwa bbażat is-servizz.

Il-familja bijoloġika tal-minuri tiġi involuta fil-pjan ta’ kura?

Minkejja l-fatt li l-maġġoranza tal-minuri li jiġu segwiti mis-servizz tal-Looked After Children jgħixu ġewwa residenzi alternattivi, barra mid-dar tal-familja bijoloġika tagħhom, is-servizz jagħraf il-valur u l-importanza li ħafna tfal jagħtu lill-familji tal-oriġini tagħhom, kif ukoll tar-rwoli varji li dawn għandhom fil-ħajja tagħhom. Fil-fatt, il-ħaddiema soċjali ta’ kull minuri jippruvaw jinvolvu lill-ġenituri jew lil qraba sinifikanti oħra, partikolarment lill-aħwa, fil-pjan ta’ kura tal-minuri. Dawk il-qraba li l-minuri jqisu bħala persuni sinifikanti, huma mħeġġa u ssapportjati sabiex iżommu kuntatt regolari kemm mal-minuri kif ukoll ma’ dawk li jkunu qegħdin jieħdu ħsiebhom (primary carers). Dan jibqa’ fis-seħħ kemm-il darba dan ma jkunx ta’ detriment għall-benesseri tal-minuri jew għall-pjan ta’ kura tiegħu jew tagħha, kif ukoll sakemm il-minuri jkunu qegħdin jaqblu ma’ dawn l-arranġamenti. Dawn l-imsemmija qraba huma wkoll parteċipanti attivi, kif ukoll huma parti ewlenija fir-reviżjoni tal-pjan ta’ kura tal-minuri.

X’inhu r-rwol tas-social contacts?

Social contacts huma persuni illi jkunu lesti sabiex b’mod konsistenti jallokaw il-ħin u r-riżorsi tagħhom lill-minuri. Social contacts jistgħu jallokaw ftit sigħat, jew inkella numru ta’ ġranet matul il-ġimgħa sabiex iqattgħuh mal-minuri, li preżentament qegħdin f’kura alternattiva.

X’għandek bżonn biex issir social contact?

Social contacts prospettivi jrid ikollhom iktar minn 18-il sena. Huma jridu jkunu wkoll dententuri ta’ kondotta tal-pulizija nadifa. L-iktar importanti huwa illi jikkommettu ruħhom sabiex iżommu kuntatt kontinwu mal-minuri. Il-persuni illi japplikaw sabiex isiru social contacts iridu jkunu kapaċi juru ħiliet sabiex jorganizzaw kuntatt kostruttiv mal-munuri. Apparti minn hekk, social contacts prospettivi jridu jkunu lesti wkoll sabiex jimxu mar-rakkomandazzjonijiet mogħtija lilhom mill-ħaddiema soċjali waqt illi jkun qiegħed isir l-assessment.

X’inhu l-proċess sabiex issir social contact?

Persuni interessati illi jsiru social contacts, għandhom jitkellmu ma’ xi professjonist illi jaħdem mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali, sabiex timtela l-formola tar-riferiment tas-Social Contacts. Il-formola tar-riferiment imbagħad tintbagħat lill-ħaddiema soċjali tas-servizz tas-Social Contacts.
Wara li jsir ir-riferiment, u l-każ jiġi allokat, il-ħaddiema soċjali tintroduċi lilha nnifisha mas-social contact prospettivi u tispjega r-rwol tagħha ġewwa d-Direttorat Kura Alternattiva. Il-ħaddiema soċjali mbagħad tippjana data mas-social contacts prospettivi sabiex issir laqgħa fejn jiġi diskuss x’inhu mistenni minnhom u x’inhuma l-ħtiġijiet.
Matul din il-laqgħa l-ħaddiema soċjali tiddiskuti dawn li ġejjin:
Ir-raġuni għala qegħdin japplikaw sabiex isiru social contacts
It-tip ta’ kuntatt u impenn illi lesti li joffru
Xi preferenzi partikolari fir-rigward ta’ etajiet u sess tal-minuri
Il-pjanijiet fit-tul illi s-social contacts prospettivi għandhom f’relazzjoni mal-minuri prospettiv
L-involviment ta’ xi membri oħra tal-familja
Xi diffikultajiet li jistgħu jinstabu waqt il-kuntatt
Il-ħiliet tas-social contacts prospettivi
Kif iġibu ruħhom f’każ ta’ tantrum jew imġiba ħażin
Wara l-laqgħa inizjali, il-ħaddiema soċjali jorganizzaw vista ġewwa d-dar mas-social contacts prospettivi, u mal-membri l-oħra tal-familja. Waqt din il-vista l-ħaddiema soċjali tassessja r-residenza u ddur mal-kmamar kollha neċċessarji. Wara dan l-intervent, il-ħaddiema soċjali jduru n-noti ta’ taħriġ, illi jinkludi informazzjoni fuq l-izvilupp tat-tfal, trawma, trobbija tat-tfal pożittiva, trasferiment u atteġġjament.
Il-ħaddiema soċjali mbagħad tiddiskuti xi mistoqsijiet li jkun baqgħalhom, u jiġi ffinalizzat l-assessjar sabiex jiġi komplut ir-rapport finali. Hekk kif ir-rapport jiġi ffinalizzat, dan jiġi preżentat quddiem il-Bord tas-Social Contacts, li huwa responsabbli sabiex jiddetermina jekk is-social contacts jiġux approvati jew le.

Min jista’ japplika biex jadotta?

Jista’ jadotta, kemm persuna waħidha, miżżewġa jew tikkoabita. Wieħed irid ikollu 28 sena jew aktar (għall-inqas wieħed mill-applikanti f’każ ta’ koppja) waqt li bejn it-tifel/tifla u wieħed mill-ġenituri adottivi, irid ikun hemm diskrepanza massima ta’ 48 sena.

X’għandi bżonn nagħmel jekk jien interessat biex nadotta?

Wieħed jista’ faċilment jagħmel kuntatt ma’ Aġenzija Tfal (Kura Alternattiva) u jistaqsi għas-Servizz tal-Adozzjoni. Kuntatt jista’ jsir permezz tat-telefown, website u anke l-paġna ta’ Facebook. Wieħed jista’ wkoll jiġi l-uffiċini tal-Aġenzija Appoġġ ġewwa Gwardamanġa. Ħaddiema soċjali j/tiltaqa’ mal-ġenituri adottivi prospettivi sabiex j/tispjega l-proċess tal-adozzjoni u j/twieġeb xi mistoqsijiet li jkollhom.

X’jinvolvi ġeneralment il-proċess tal-adozzjoni?

Waqt is-sessjoni tal-intake, il-ġenituri adottivi prospettivi jiġu pprovduti bid-dokumenti neċessarji sabiex jimlewhom u jgħadduhom lill-ħaddiema soċjali tas-Servizz tal-Adozzjoni. Il-ġenituri adottivi prospettivi mbagħad ikollhom bżonn jattendu għal kors preparatorju ta’ seba’ (7) ġimgħat, fejn wara, il-ħaddiema soċjali j/tagħmel żjarat ġewwa d-dar tal-ġenituri adottivi prospettivi u j/torganizza laqgħat magħhom biex jiġi ppreparat il-Home Study Report li jinkludi assessment dettaljat tal-ġenituri adottivi prospettivi. Dan ir-rapport jiġi ppreżentat lill-Bord tal-Adozzjoni li, wara li jevalwa l-kontenut tar-rapport, japprova l-ġenituri adottivi prospettivi jew ma japprovahomx. Malli jiġu approvati, il-ġenituri adottivi prospettivi jkunu jistgħu japplikaw mill-pajjiż tal-għażla tagħhom fejn ikollhom bżonn isegwu l-proċedura stabbilita minn dak il-pajjiż u jissottomettu d-dokumenti neċessarji. L-applikazzjoni titqiegħed fil-lista tal-pajjiż sakemm tifel/tifla tiġi matched għall-adozzjoni. Meta tifel/tifla tiġi matched, rapport mediku li jkun jinkludi l-istorja medika tat-tifel/tifla, jiġi skrinjat mill-Head Pediatrician tal-Isptar Mater Dei sabiex tinħareġ l-approvazzjoni li t-tifel/tifla jista’ jiġi adottat/a f’Malta. Proċeduri legali kemm barra minn Malta u anke fil-Qrati Maltin huma meħtieġa sabiex l-adozzjoni tiġi meqjusa legalment valida.

Liema huma l-pajjiżi miftuħin għall-adozzjoni bħalissa?

Il-pajjiżi li huma miftuħin għall-adozzjoni bħalissa jinkludu l-Albanija, il-Bulgarija, is-Slovakkja, il-Latvja, il-Polonja, il-Portugall, iċ-Ċilì u l-Indja. Wieħed jista’ wkoll jadotta minn Malta. Is-Servizz tal-Adozzjoni jaħdem kontinwament sabiex jiftaħ pajjiżi oħra, biex l-applikanti jkollhom aktar għażliet u possibbiltajiet.

It-tfal adottati jibqgħu segwiti wara l-adozzjoni?

Fil-każ ta’ adozzjonijiet minn barra minn Malta u anke minn Malta stess, tfal adottati jiġu segwiti mill-ħaddiema soċjali tas-Servizz tal-Adozzjoni, fejn il-ħaddiema soċjali jaraw il-progress ta’ dawn it-tfal. F’każ ta’ tfal adottati minn barra minn Malta, dan il-progress jiġi rrappurtat lill-pajjiż ta’ oriġini tat-tfal. Kull pajjiż jispeċifika l-frekwenza ta’ dawn ir-rapporti u sa liema età jibqgħu jintbagħtu. Apparti minn hekk, is-Servizz tal-Adozzjoni jibqa’ jipprovdi s-sapport neċessarju lill-familji u jgħinhom jaċċessaw servizzi skont il-bżonn.

Għandi bżonn inħallas għas-servizzi offruti mis-Servizz tal-Adozzjoni?

Peress li s-Servizz tal-Adozzjoni jaqa’ taħt il-Foundation for Social Welfare Services, li hija entità governattiva, is-servizzi offruti mis-Servizz tal-Adozzjoni huma mingħajr ħlas. L-ispejjeż jibdew meta l-applikanti jaċċessaw servizzi esterni bħala parti mill-assessjar tal-adozzjoni, bħal pereżempju, it-tabib tal-familja, nutar, psikologu eċċ. Il-maġġorparti tal-ispejjeż jiġu mal-adozzjoni nnifisha meta l-applikanti jkollhom bżonn isiefru fil-pajji’ minn fejn se jadottaw lit-tfal. Dawn jinkludu titjiriet, akkomodazzjoni, ivvjaġġar, traduzzjoni ta’ dokumenti u servizzi legali.

Jeżisti sapport finanzjarju fejn jidħlu spejjeż relatati mal-adozzjoni?

Ġenituri li jadottaw minuri minn barra inn Malta jiġu rimburżati parzjalment għall-ispejjeż li jintefqu waqt il-proċess tal-adozzjoni li ma jaqbżux l-€10,000. Dan is-sussidju japplika biss għall-adozzjonijiet minn barra minn Malta li ġew iffinalizzati mill-10 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem, anke jekk il-proċess tal-adozzjoni beda qabel din id-data. Adozzjoni tiġi kkunsidrata bħala finalizzata biss meta l-proċess legali jiġi konkluż fil-Qrati Maltin u jinħareġ Digriet mill-Qorti.

X’inhu s-servizz ta’ Home-Start Malta?

Home-Start joffri sapport lil ġenituri li għandhom tfal taħt il-ħames snin u li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni diffiċli waqt li jkunu qed irabbu lil uliedhom.
Numru ta’ voluntiera, huma stess ġenituri jew b’esperjenza diretta fit-trobbija tat-tfal, iżuru lill-familji fid-dar tagħhom u joffrulhom is-sapport kollu meħtieġ.
Numru ta’ voluntiera, huma stess ġenituri jew b’esperjenza diretta fit-trobbija tat-tfal, iżuru lill-familji fid-dar tagħhom u joffrulhom is-sapport kollu meħtieġ.

X’jiġri meta persuna tapplika għas-servizz ta’ Home-Start Malta?

Kull talba tkun assessjata biex jingħata l-aħjar servizz. Kull familja jista’ jkollha bżonn ta’ sapport differenti. Il-ġenituri jista’ jkollhom bżonn lil min jismagħhom, lil min jakkumpanjahom għal xi appuntament, jew li min jgħinhom jinvolvu ruħhom aħjar fl-iżvilupp ta’ wliedhom bħal waqt il-logħob jew attivitajiet oħra.
Iż-żjarat fid-dar isiru darba fil-ġimgħa minn voluntiera li jingħataw taħriġ. Il-voluntiera stess jingħataw sapport regolari mill-persuna professjonali inkarigata mis-servizz biex ikunu jistgħu jagħtu sapport lill-familji bl-aktar mod effettiv.

Is-servizz huwa wieħed volontarju?

Iva, is-servizz jingħata fuq bażi volontarja.

Xi trid tagħmel biex issir voluntiera ta’ Home-Start?

Jekk int ġenitur jew għandek esperjenza diretta ta’ trobbija u tixtieq tagħmel xogħol volontarju ma’ Home-Start tista’ ċċempel 99018398 jew tibgħat email fuq [email protected].

Xi trid tagħmel familja biex tapplika għas-servizz ta’ Home-Start?

Min jixtieq jieħu servizz mingħand Home-Start Malta jista’ jċempel jew jibgħat email hu stess fuq [email protected] u jitkellem mal-persuna inkarigata mis-servizz għal aktar tagħrif u biex isir appuntament.
Il-ħinijiet tal-uffiċċju huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30am sal-4pm.

X’inhu dan is-servizz?

Dan huwa servizz li jipprovdi akkomodazzjoni alternattiva lil tfal u żgħażagħ li ma jkunux jistgħu jgħixu mal-familjari tagħhom jew ma’ familji alternattivi taħt l-iskema tal-Fostering. Għan ieħor tas-servizz hu li jgħin lis-Servizzi Soċjali billi jipprovdi akkomodazzjoni biex jinżammu tfal u żgħażagħ aħwa jgħixu flimkien, fejn dan ikun fl-aħjar interess tagħhom.

X’inhuma l-etajiet li jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz?

Dan is-servizz jaħdem ma’ tfal fi kwalunkwe stadju tat-trobbija tagħhom, kemm jekk għadhomx jitwieldu kif ukoll meta jagħlqu t-tmintax-il sena. Is-servizz jiġi estiż għal dawk iż-żgħażagħ li jagħlqu t-tmintax-il sena u li jkun possibbli għalihom li jibqgħu jirrisjedu fid-dar alternattiva tagħhom.

Kif jiġu riferuti dawn it-tfal u ż-żgħażagħ?

Dawn it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu riferuti mis-servizzi li jagħmlu parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali.

X’tip ta’ appoġġ jipprovdi dan is-servizz?

Dan is-servizz jopera fuq bażi ta’ 24 siegħa. Jipprovdi kura lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jkunu qegħdin jgħixu f’akkomodazzjoni li jipprovdi dan is-servizz. Tul il-ġrajja tagħhom magħna, it-tfal jingħataw sapport sabiex jirriflettu u jifhmu l-weġgħat li għaddew minnhom u wkoll spazju biex jiżviluppaw f’ambjent sant. Dan isir permezz ta’ tim sħiħ ta’ professjonisti fosthom support workers, ħaddiema soċjali, ħaddiema tal-youth work u bosta individwi oħra li jagħmlu parti mill-ħajja tat-tfal u żgħażagħ.

Għala hemm il-bżonn ta’ dan is-servizz?

Dan is-servizz ġie żviluppat biex jagħti struttura sana lil dawk it-tfal u żgħażagħ li għal raġunijiet varji ma setgħux jibqgħu jgħixu mal-familji tagħhom jew ma’ servizzi oħra li jagħtu akkomodazzjoni alternattiva. Il-ħsieb wara dan is-servizz hu li kemm jista’ jkun it-tfal u żgħażagħ jiġu esposti għall-ambjent ta’ familja fil-komunità sabiex ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom għal futur aħjar.

X’inhu l-għan tas-servizz?

L-għan ta’ dan is-servizz hu li nissapportjaw liż-żgħażagħ biex ikollhom struttura u stabbiltà fil-ħajja tagħhom speċjalment dawk li huma f’riskju. Is-servizz jiżviluppa u jgħin biex iż-żgħażagħ iżommu r-relazzjonijiet b’saħħithom man-nies ta’ madwarhom. Bħala servizz jagħti appoġġ liż-żgħażagħ biex ikunu indipendenti fid-deċiżjonijiet li jieħdu ta’ kuljum.

Min jista’ jibbenefika mis-servizz?

Żgħażagħ li l-etajiet tagħhom huma bejn 15 u 25 sena li jistgħu jibbenefikaw mis-servizz.

X’joffri iktar dan is-servizz?

Embark for Life joffri liż-żgħażagħ diversi opportunitajiet. Apparti li jingħataw sapport biex isibu impjieg, bħala servizz jorganizza diversi tipi ta’ workshops u attivitajiet barra

Kif jista’ wieħed jibbenefika mis-servizz?

Kull żagħżugħ jista’ jibbenefika mis-servizz. Wieħed jista’ jinforma lill-professjonist li qiegħed jaħdem miegħu jew inkella jiġi l-uffiċċju li għandna l-Imsida fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Dawk interessati jistgħu jikkuntattjawna permezz tat-telefown.

Min huma l-professjonisti li jaħdmu fis-servizz?

Is-servizz huwa magħmul minn youth workers u social welfare professionals. Iż-żewġ professjonisti jagħmlu minn kollox biex jissapportjaw liż-żgħażagħ.

Is-servizz jgħin ukoll lil dawk iż-żgħażagħ li jgħixu f’xi residenza/sptar/ħabs?

Iva, is-servizz tagħna jaħdem ħafna ma’ aġenziji/organizzazzjonijiet oħrajn biex nagħtu appoġġ liż-żgħażagħ. Apparti minn hekk, naħdmu ħafna viċin ta’ dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fejn qabel ma joħorġu mill-ħabs ikunu diġà sabu impjieg.

X’xogħol qiegħed isir mal-priġunieri?

Bħala servizz naħdmu ħafna viċin kemm ma’ CCF u anke mal-CoRRs fejn iż-żgħażagħ ikunu miżmugħin. Isiru diversi sessjonijiet regolari maż-żgħażagħ biex jissapportjawhom biex isibu xogħol. Bħala servizz, għandna kuntatt ma’ diversi kumpaniji li lesti li jgħinu lil dawn iż-żgħażagħ. Apparti minn sessjonijiet one to one, xi kultant nagħmlu wkoll workshop biex ngħinuhom jintegraw sew fis-soċjetà u nipprevjenu milli jerġgħu jispiċċaw il-ħabs.

X’inhu l-għan tas-servizz?

L-għan tas-servizz huwa biex dawk iż-żgħażagħ li huma f’riskju jkollhom struttura fil-ħajja taghhom. Il-Proġett, li huwa konness mal-Prince’s Trust International Achieve Programme, jipprovdilhom stil ta’ ħajja sigura u stabbli u jgħinhom biex jibnu relazzjonijiet b’saħħithom u siguri.

Min jista’ jibbenefika mill-program?

Dawk iż-żgħażagħ li l-etajiet tagħhom huma bejn 15 u 18-il sena jistgħu jibbenefikaw mill-programm. Dal-programm huwa mmirat għal żgħażagħ bi mġiba diffiċli, żgħażagħ b’xi vizzju u dawk li jitilqu mill-iskola.

Kemm hu twil il-programm?

Il-programm idum xi tlieta jew erba’ xhur.

Iż- żgħażagħ jiltaqgħu

erba’ darbiet fil-ġimgħa

u kull sessjoni tieħu erba’ sigħat.

Fiex jikkonsisti dal-programm?

Il-programm jiffoka fuq il-ħiliet taż-żagħżugħ. Hemm diversi suġġetti fejn iż-żgħażagħ jistgħu jagħżlu biex jaħdmu fuqhom. Bejn wieħed u ieħor, kull żagħżugħ jagħmel seba’ suġġetti b’għajnuna tal-professjonisti. Dan il-programm, jekk isir kollu, ikun jiswa daqs 1 O Level fejn iż-żagħżugħ jista’ japplika kemm għall-MCAST kif ukoll għall-ITS.

Il-programm jikkonsisti f’ħafna kitba?

Le. L-għan tagħna hu li ż-żgħażagħ jibbenefikaw mis-sistema ta’ edukazzjoni b’differenza. Aħna ma niffukawx fuq il-kitba imma fuq attivitajiet fi gruppi kemm ġewwa u anke barra l-bini. Kitba ssir imma tieħu ftit tal-ħin.

Fejn isir il-programm?

Le. L-għan tagħna hu li ż-żgħażagħ jibbenefikaw mis-sistema ta’ edukazzjoni b’differenza. Aħna ma niffukawx fuq il-kitba imma fuq attivitajiet fi gruppi kemm ġewwa u anke barra l-bini. Kitba ssir imma tieħu ftit tal-ħin.

Fejn isir il-programm?

Il-programm isir l-Imsida imma diversi attivitajiet isiru fuq barra.

Hemm bżonn inħallas għan dan il-programm?

Le. Il-programm huwa b’xejn anke meta l-attivitajiet isiru fuq barra. Aħna nagħmlu minn kollox biex nipprovdu servizz u esperjenza unika għaż-żgħażagħ. L-unika ħaġa li aħna nitolbu hija li ż-żgħażagħ jikkommettu ruħhom.

Hemm bżonn niġi bl-uniformi?

Bħalma diġà għedna, il-programm huwa bbażat fuq edukazzjoni informali. Ħadd ma hu mistenni li jiġi bl-uniformi.

Hemm bżonn li ż-żgħażagħ iġibu ikel magħhom?

Le. Aħna nipprovdu liż-żgħażagħ ikel u xorb matul is-sessjonijiet anke meta nagħmlu xi attività barra.

X’inhu l-proġett?

Il-proġett iffinanzjat taħt l-Għotjiet taż-ŻEE 2014-2021 fil-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jtejjeb il-benesseri ta’ żgħażagħ ta’ 13-25 sena li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, u jgħinhom jintegraw lura fis-soċjetà. Għandna fondi li huma allokati speċifikament biex nagħtu liż-żgħażagħ l-opportunità li jirreġistraw f’kors ta’ taħriġ edukattiv li jgħinhom iwettqu l-ħolm tagħhom rigward l-impjieg. Fil-mument għandna numru ta’ adolexxenti li huma rreġistrati f’korsijiet differenti bħalma huma l-parrukkjar (kemm fi grupp kif ukoll wieħed għal wieħed), imsiemer, barbering, kors ta’ sigurtà u anke lezzjonijiet tas-sewqan. Hemm ukoll żgħażagħ li qed jagħżlu ECDL, kors tal-makeup u tagħlim f’suġġetti tal-O level. F’dan ir-rigward, għandna tim ta’ professjonisti li jaħdmu fuq livell individwali maż-żgħażagħ riferuti għall-proġett biex isostnuhom biex isibu kors ta’ taħriġ jew jidħlu f’impjieg u tim ieħor ta’ professjonisti li qed jaħdmu fuq kampanja ta’ prevenzjoni mmirata għaż-żgħażagħ kollha f’ambjenti varji. Għandna wkoll professjonisti li jistgħu jorganizzaw sessjonijiet informattivi tal-grupp li jkopru suġġetti bħat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-immaniġġjar tal-istress, self esteem u suġġetti oħra li huma adattati għall-adolexxenti.

Jista’ tifel ta’ 14-il sena jiġi rreġistrat fi kwalunkwe kors?

Jiddependi fuq il-kriterji ta’ eliġibilità tal-kors, għal ħafna korsijiet, il-kriterji ta’ eliġibilità huma 15 jew 16, 18 meta niġu għal-liċenzja tas-sewqan.

Jistgħu jiġu offruti lezzjonijiet tas-sewqan lil żgħażagħ taħt it-18-il sena? Liema opportunitajiet toffri? X’jiġri meta persuna tkun irreġistrata fil-proġett? X’inhuma l-etajiet tal-persuni li jistgħu jagħmlu użu mis-servizz? X’jinvolvi x-xogħol imwettaq? Liema huma l- l-aktar realtajiet komuni magħhom? Min jaħdem fis-servizz taż-żgħażagħ? Dan is-servizz hu wieħed volontarju? Iż-żgħażagħ kif qed jiġu milħuqa?

Le, billi dan mhux konformi mal-Liġi Maltija. L-opportunitajiet attwali jinkludu; – O Levels – Kors tal-hairdressing – Kors tad-dwiefer – Lezzjonijiet tas-sewqan – Kors tas-sigurtà – Korsijiet tal-MCAST part-time – Makeup course. Din il-lista tinbidel hekk kif fil-proġett Ok ma nippjanawx il-korsijiet u nitolbu liż-żgħażagħ biex jissieħbu, aħna nfittxu feedback mingħand iż-żgħażagħ u nippjanaw korsijiet biex jissodisfaw ix-xewqat taż-żgħażagħ. Ladarba l-persuna ssir benefiċjarja tal-proġett, iż-żgħażagħ se jkollhom ħaddiem assenjat li se jiltaqa’ maż-żgħażagħ biex jindirizza l-bżonnijiet biex jipprovdi l-appoġġ meħtieġ. Bejn 13 u 18-il sena. Isir xogħol maż-żgħażagħ biex ikunu mogħtija l-għajnuna neċessarja b’rabta mad-diffikultajiet tagħhom, inkunu hemm biex inwasslu l-messaġġ taż-żgħażagħ u biex noħolqu pjattaforma biex iż-żgħażagħ jilħqu l-milja tagħhom filwaqt li jindirizzaw id-diffikultajiet li jkunu għaddejjin minnhom. Użu ħażin tas-sustanzi, attitudni li tmur kontra n-normi, użu ħażin tat-teknoloġija, kif persuna għandha taġixxi f’ċirkostanzi ta’ rabja, riskji li jidħlu fihom żgħażagħ eċċ. Dan it-tim hu magħmul minn professjonisti varji li qed jaħdmu flimkien biex jintervjenu maż-żgħażagħ. Fost l-oħrajn hemm ħaddiema soċjali u youth workers li jkunu wkoll f’kuntatt kontinwu ma’ professjonisti oħrajn li jaħdmu f’servizzi varji. Iva, min jieħu dan is-servizz jagħmel dan fuq bażi volontarja. Min għandu l-kura u kustodja tal-minuri jkun irid jagħti l-kunsens tiegħu biex dan is-servizz ikun jista’ jiġi mogħti. Iva, min jieħu dan is-servizz jagħmel dan fuq bażi volontarja. Min għandu l-kura u kustodja tal-minuri jkun irid jagħti l-kunsens tiegħu biex dan is-servizz ikun jista’ jiġi mogħti. Dan jiddependi mill-bżonnijiet tal-klijent. Il-ħaddiema huma flessibbli dwar il-mod użat biex jiltaqgħu mal-klijenti u allura l-interventi jistgħu jsiru f’postijiet u metodi varji, eżempju fid-djar, waqt xi mixja, mill-post fejn noperaw u postijiet oħrajn li jkunu safe biex sezzjonijiet bħal dawn ikunu jistgħu jsiru b’mod effettiv.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.