Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

BeSmartOnline huwa proġett immexxi mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, id-Direttorat għal Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar (DLAP) u l-fergħa tas-Cyber Crime Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, fost l-oħrajn. Dan il-konsorzju huwa mgħejjun minn diversi msieħba strateġiċi li lkoll jagħtu s-sehem tagħhom fil-proġett permezz tal-Bord Konsultattiv. Finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz ta’ HADEA, BeSamrtOnline jagħmel parti minn INSAFE u INHOPE, in-network Ewropew għaċ-ċentri għall-użu t’internet b’mod sagħan u hotlines, rispettivament.

L-għan ewlieni ta’ BeSmartOnline huwa li jgħallem tfal, adoloxxenti, ġenituri u għalliema dwar l-użu b’mod sagħan tal-internet, filwaqt li jagħtihom is-setgħa u jipprotegihom mir-riskji differenti li jeżistu online, fosthom cyberbullying, grooming u qsim mhux konsenswali ta’ stampi/ ritratti intimi, f’kelma waħda dak li jissejjaħ sexting. Il-proġett iħeġġeġ għal użu bilanċjat tat-tekoloġija bl-għan li jevita użu eċċessiv. Billi jħeġġeġ ir-responsabbilità u l-użu tal-internet b’mod sagħan, BeSmartOnline huwa mpenjat sabiex iżomm l-internet post sagħan għal kulħadd.

Il-Fondazzjoni għas Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali tħaddem iċ-ċentru Malti għal Użu għaqli tat-Technologija fost il-minuri. Dan iċ-ċentru huwa mmirat għat-tfal bl-għan li jgħinhom jifhmu kif jistgħu jagħmlu użu b’mod għaqli tat-teknoloġija filwaqt li jigwidahom dwar kif għandhom jipproteġu lilhom innfushom mir-riskji li jeżistu online.

L-istess fondazzjoni ħolqot ukoll sistema online fejn wieħed jista’ jagħmel rapport speċifikament dwar materjal illegali li juri abbuż sesswali fuq il-minuri u li jkun qed idur fuq l-internet. Dan jista’ jsir permezz ta’ www.childwebalert.gov.mt. F’din il-pjattaforma l-individwu jista’ jibqa’ anonimu u kull rapport huwa meqjus b’mod kunfidenzjali.

Servizz ieħor li toffri l-imsemmija fondazzjoni huwa dak li tħaddem il-BeSmartOnline helpline. Hawnhekk wieħed jista’ jċempel fuq l-linja 179 biex jingħata sapport u għajnuna f’ċirkostanzi fejn safa vittma online fosthom ta’ sexting, cyberbullying u grooming. Permezz ta’ dan is-servizz wieħed jista’ wkoll jingħata aktar informazzjoni dwar l-użu eċċessiv tat-teknoloġija.

Għal aktar informazzjoni, tista’ tagħti ħarsa lejn il-paġna ta’ Facebook ta’ BeSmartOnline @Saferinternet.mt jew https://www.besmartonline.org.mt/

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.