Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

L-għan tas-servizz huwa li tfal u żgħażagħ li jgħixu fi djar fil-komunità jkollhom l-opportunità li jtejbu u jiksbu ħiliet għal ħajja aktar indipendenti. Is-servizz jipprovdi ambjent sigur għal dawn it-tfal u żgħażagħ li bħalissa m’għandhomx il-possibbiltà li jgħixu f’ambjent alternattiv, biex jgħinhom jiksbu l-indipendenza tagħhom biex jgħixu fis-soċjetà b’suċċess.

Dawn id-djar ibbażati fil-komunità jakkomodaw tfal u żgħażagħ li jkunu għaddew minn sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja taghħom u li minħabba f’hekk ikollhom bżonn sapport emozzjonali u terapewtiku li jgħinhom jipproċessaw l-esperjenza tagħhom. Jekk ikun hemm xi aħwa, dawn jinżammu flimkien bħala grupp fejn ikun fl-aħjar interess tagħhom u fejn ikun possibbli. F’dawn ir-residenzi jistgħu jidħlu persuni fuq bażi volontarja kif ukoll b’ordni tal-Qorti.

L-għan tar-residenzi hu li jattendu għall-ħtiġijiet varji li jkollhom bżonn ir-residenti, kif ukoll jiżguraw li s-saħħa u s-sigurtà tagħhom, inkluż dik tal-ħaddiema, tkun imħarsa bir-reqqa.

Matul il-programm, it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu mħeġġa sabiex jimpenjaw ruħhom fis-sistema edukattiva, kulħadd b’programm li jagħmel l-iktar sens għalih. Iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa wkoll biex jimpenjaw ruħhom fil-qasam tax-xogħol fejn hu possibbli. Dan jiżgura li jaqilgħu l-għajxien u eventwalment se jħejjihom għal ħajja aktar indipendenti. ​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.