Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Is-Servizz tal-Youth in Focus jipprovdi għajnuna professjonali lil żgħażagħ minn 13 sa 18-il sena, bl-iskop li jassistihom fiż-żmien tal-adoloxxenza u ż-żgħożija tagħhom. Iż-żgħażagħ jiġu megħjuna sabiex jidentifikaw il-bżonnijiet tagħhom filwaqt li jindirizzawhom bis-sehem attiv tagħhom u bl-għajnuna tal-professjonisti tas-servizz. Permezz ta’ dawn l-interventi, ngħinu liż-żgħażagħ jirrikonoxxu u jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom. B’hekk nixprunaw parteċipazzjoni attiva anke fejn jidħol il-pjan ta’ azzjoni li jkun qed jiġi mfassal bl-għan li nindirizzaw il-bżonnijiet attwali jew futuri taż-żgħażagħ partikolari. Dan is-servizz jingħata lil żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn sfidi varji li jinkludu fost l-oħrajn rabja, problemi ta’ relazzjoni mal-ġenituri, użu jew abbuż ta’ droga u/jew alkoħol, imġiba kriminali u abbuż emozzjonali.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.