Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Is-Supportline 179 hija l-linja telefonika nazzjonali li toffri appoġġ, informazzjoni dwar servizzi soċjali lokali u aġenziji oħra, u servizz ta’ riferiment lil min iċempel u jeħtieġ aktar sostenn. Is-Supportline joffri wkoll servizz lil persuni li huma għaddejjin minn żminijiet ta’ diffikultà jew ta’ kriżi. Il-missjoni ewlenija tas-Supportline 179 hija li tipprovdi għajnuna mmedjata u imparzjali lil dawk li jfittxu informazzjoni, appoġġ u/jew jeħtieġu referenza għal aġenziji tas-servizzi soċjali. Is-Supportline 179 huwa disponibbli 24 siegħa kuljum u kull telefonata li ssir, kemm minn fuq linja fissa u kif ukoll minn fuq mowbajl, hija bla flus.

Supportline 179 jirċievi telefonati dwar firxa vasta ta’ problemi, fosthom dwar sitwazzjonijiet ta’ abbuż tat-tfal, vjolenza domestika, droga/alkoħol/problemi tal-logħob u persuni bla dar fost oħrajn. Barra minn hekk, it-telefonati kollha li jaslu fuq l-Emotional Support Helpline tal-Unjoni Ewropea 116 123, kif ukoll fuq iċ-Child Helpline 116 111, huma trattati wkoll mit-tim tas-Supportline 179.

Contact details – [email protected]23885110

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.