Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Id-dipartiment tar-relazzjonijiet internazzjonali, awditjar tas-servizzi, assigurazzjoni ta’ kwalita’ u riċerka (IRSAQAR) għandu għan vast. Il-funzjonijiet ewlenin jinkludu li d-dipartiment jipprovdi konnessjoni bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u pajjiżi oħra, iwettaq riċerka li sservi bħala bażi għal-formazzjoni ta’ servizzi ta’ kwalità li huma bbażżati fuq il-bżonnijiet tal-klijent, jaċċerta li jingħata servizz ta’ kwalità għolja mill-Fondazzjoni kollha, kif ukoll jaċċerta li l-operat jiġi pjanat, implimentat u segwit b’mod strateġiku. Id-dipartiment jiffoka wkoll fuq riċerka li għandha bażi ekonomika. Din tinkludi, fost oħrajn, analażi tal-ispejjeż kif ukoll tal-benefiċċji tas-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni.

L-operat tad-dipartiment huwa essenzjali għaliex jipprovdi appoġġ sabiex jinkiseb l-għan ewlieni tal-Fondazzjoni li huwa li jingħata servizz ta’ kwalità li jgħin biex jipprevjeni ċertu problemi kif ukoll itejjeb il-ħajjiet tat-tfal, tal-adulti u tal-familji li jkunu qed jesperjenzaw problemi soċjali.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.