Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

​​Is-Servizz ta’ Prevenzjoni fi ħdan l-Aġenzija Sedqa huwa tim ta’ 15-il membru magħmul minn numru ta’ professjonisti, fosthom, social workers, youth workers, kif ukoll nies gradwati fil-psikoloġija. Is-servizzi offruti huma mmirati sabiex jinfurmaw lill-pubbliku u jgħinu lill-persuni jgħixu ħajja sana filwaqt li joqogħdu ‘l bogħod minn vizzji.

L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li jipprovdi informazzjoni ċara u addattata għall-udjenzi ta’ kull età fuq vizzji bħal abbuż minn alkoħol, drogi, logħob tal-azzard, kif ukoll imġiba oħra li tista’ tiżviluppa f’dipendenza jekk mhux miżmuma taħt kontroll. Is-Servizz ta’ Prevenzjoni dejjem jaħdem sabiex joħloq u jaddatta programm ta’ taħroġ skont iż-żminijiet.

Fi ħdan is-settur edukattiv, is-Servizz ta’ Prevenzjoni joffri tliet programmi: T.F.A.L.3 (Tfal Favur Ambjent Liberu), T.F.A.L.5 u l-programm Teen Outside the Box. B’dan il-għan, tfal ta’ seba’, disa’ u tnax-il sena jingħataw lezzjonijiet ta’ prevenzjoni mill-vizzji u l-bini tal-karattru tul iż-żmien tal-iskola obbligatorja tagħhom.

Il-Programm SAFE (Substance Abuse Employee) huwa mmirat għall-postijiet tax-xogħol. Dan il-programm huwa bbażat fuq il-fatt riċerkat illi l-abbuż ta’ sustanzi jista’ jħalli impatt fuq il-post tax-xogħol kemm fejn tidħol il-persuna li qed issofri minn dipendenza kif ukoll dawk ta’ madwarha fuq il-post tax-xogħol. Dan il-programm għandu l-għan li jwassal informazzjoni kif ukoll għodda għal min iħaddem dwar kif għandu jgħin lil persuna fid-diffikultà tagħha filwaqt li jippreserva il-post tax-xogħol u l-kollegi minn ħsara sekondarja.

Fil-kuntest tal-komunità, is-Servizz ta’ Prevenzjoni jikkollabora ma’ entitajiet fi ħdan il-lokalitajiet bħall-gruppi tal-Iscouts, nurseries sportivi u gruppi ta’ żgħażagħ fost oħrajn. Dawn is-servizzi jingħataw prinċipalment f’forma ta’ workshops li jkopru suġġetti kemm relatati ma’ vizzji kif ukoll mal-bini tal-karattru. Is-servizzi ta’ Prevenzjoni jilħqu wkoll il-komunità billi jipparteċipaw f’attivatijiet organizzati minn irħula u kunsilli lokali differenti. ​

Biex tapplikaw għas-Servizz ta’ Prevenzjoni: sedqa-form.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.