Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

​​Is-Servizz tal-Qorti fi ħdan l-FSWS jikkontribwixxi għat-tħaddim tar-riforma legali tad-droga, bid-data tal-15 ta’ April 2015 – “Trattament mhux priġunerija”, Kap 537. ​ Il-Ħaddiema tal-FSWS jokkupaw rwol f’dawn il-karigi li ġejjin; il-Kummissarju għall-Ġustizzja fit-Tribunal, il-Kordinatriċi tal-Bord tar-riabilitazzjoni ta’ persuni li nqabdu bid-droga, u psikoterapista li tgħin lill-klijenti f’dan is-servizz. Dan is-servizz wera li kien kruċjali għal ħafna persuni li nqabdu bid-droga, inklużi minorenni.

It-Tribunal jittratta ma’ dawk il-persuni li jinqabdu fil-pussess tad-droga għall-użu personali tagħhom. Kull każ jiġi trattat individwalment u kull persuna tiġi segwita skont il-bżonnijiet tagħha. Il-persuni li jiksru l-liġi darbtejn jew aktar, jiġu riferuti lill-Bord fejn jitfasslilhom pjan ta’ kura. Hemm xi wħud li jiġu wkoll megħjuna mit-Tribunal skont it-trattament preskritt għalihom.

Ir-rwol tal-Bord huwa li jikkopera mill-qrib mat-Tribunal u entitajiet involuti fil-pjan ta’ kura sabiex tiġi provduta terapija ħolistika lil kull individwu referut għandhom. Il-Kordinatriċi tagħmel monitoraġġ fuq ir-riabilitazzjoni tal-klijenti skont il-pjan ta’ kura individwali, u tirrapporta lill-Qorti u lill-Bord dwar il-progress skont kif inhu meħtieġ.

judge gavel with pills-wooden table
FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.