Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

​​​Il-Programm tal-Incredible Years huwa wieħed mill-pilastri tal-HBTS bħala parti integrali mill-Aġenzija ta’ Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità. Is-servizz huwa bb​ażat ħafna fuq l-evidenza fil-prevenzjoni u t-trattament ta’ problemi ta’ mġieba fost it-tfal u diffikultajiet fil-ġenituri. Il-programmi ta’ The Incredible Years® jinkludu:

  • Il-Programm Dina għat-Tfal, li huwa programm ta’ trattament fi grupp, offrut lit-tfal bejn l-etajiet ta’ 4 u 8 snin biex jindirizzaw ħiliet ta’ awto-regolazzjoni u ta’ soluzzjoni tal-problemi.
  • Il-Programm ta’ Ġenituri tat-Tarbija, li huwa programm ta’ ġenituri bbażat fuq grupp, offrut lil ġenituri li qed jistennew tarbija, kif ukoll lil dawk b’ulied bejn 0 u 1 sena.
  • Il-Programm ta’ Ġenituri għat-Tfal ta’ Qabel l-Iskola, li huwa programm ta’ ġenituri bbażat fuq grupp, offrut lil ġenituri b’ulied bejn 2 u 4 snin.
  • Il-Programm ta’ Ġenituri għat-Tfal ta’ Età Skolastika, li huwa programm ta’ ġenituri bbażat fuq grupp, offrut lil ġenituri b’ulied bejn 5 u 11-il sena.
  • Il-Programm ta’ Ġenituri Ibbażat fid-Dar, li jista’ jiġi pprovdut lill-ġenituri, fl-ambjent tal-familja tagħhom, fuq bażi individwali.​
FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.