Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Is-Psychological Services hu magħmul minn tim interdixxiplinarju u joffri interventi psikoterapewtiċi u ġeneriċi lill-klijenti fi ħdan l-FSWS u kif ukoll lill-pubbliku ġenerali. Is-Servizz jilqa’ fi ħdanu psikologi, psikoterapisti, counsellors u terapisti tal-familja.

Il-missjoni tas-servizz hi li joffri sapport u interventi professjonali lil minuri, adulti, koppji u familji li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli kawża ta’ trawmiet, abbuż fuq adulti jew minuri, dipendenza u abbuż ta’ sustanzi, problemi relazzjonali jew telfiet li jikkawżaw impatt fuq il-funzjonijiet tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum. L-għan tas-servizz huwa wkoll li joffri sapport lil professjonisti oħra fi ħdan FSWS.

Is-servizz joffri wkoll korsijiet għal trobbija pożittiva, lil ġenituri li jkunu għaddejjin jew għaddew minn separazzjoni.

L-għan aħħari tas-servizz hu li kull individwu jkollu l-opportunità li jħossu sikur, igawdi relazzjonijiet pożittivi u jirċievi s-sapport neċessarju sabiex jirnexxi fil-ħajja u sabiex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod seren u indipendenti, u jkun kapaċi jagħmel deċiżjonijiet għaqlin u jħossu involut fil-komunità.​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.