Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Aġenzija Sedqa toffri l-unika post ġewwa l-gżejjer tagħna fejn issir osservazzjoni medika għall-persuni b’dipendenza ta’ sustanzi. Dan is-servizz nazzjonali joffri post sigur fejn wieħed josserva pazjenti waqt li dawn ikunu qegħdin jibdlu jew jistabbilizzaw fuq trattament mediku relatat mal-abbuż ta’ sustanzi jew inkella jgħaddu minn proċess ta’ ditossifikazzjoni.​

Dar L-Impenn huwa l-isem li jintuża għall-binja ta’ Sedqa mgħammra b’sitt sodod fejn pazjenti jkunu jistgħu jidħlu sabiex jingħataw servizzi mediċi relatati ma’ dipendenzi. Dan is-servizz huwa wieħed fuq bażi low-threshold sabiex kemm jista’ jkun klijenti jibbenefikaw minnu. Dan joffrilhom il-possibbiltà li jieħdu trattament mediku taħt osservazzjoni ta’ nurse u care worker 24 siegħa kuljum. Il-pjanijiet mediċi għall kull pazjent li jidħol ġewwa Dar L-Impenn jiġu deċiżi mit-tobba tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan id-Detox Center (Substance Misuse Outpatients unit). Dan isir b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li jkunu qegħdin isegwu lill-pazjent jew li se jkomplu l-pjan ta’ trattament wara li l-pazjent jitlaq minn Dar L-Impenn (kemm jekk segwit fil-komunità jew se jimxi għall-programm residenzjali). F’dan il-post isiru wkoll interventi individwalizzati minn professjonisti oħra, fosthom social workers u terapisti, li jkunu jsegwu lill-pazjenti partikolari kif ukoll jiġu organizzati diskussjonijiet fi gruppi għar-residenti kollha.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.