Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Is-Servizz tal-Adozzjoni jgħin individwi jew familji li qed jaħsbu dwar l-adozzjoni; li qegħdin fil-proċess tal-adozzjoni; kif ukoll lil dawk li adottaw xi tifel/tifla/tfal. Is-servizz jipprovdi taħriġ lill-persuni li qed jikkunsidraw jadottaw. Dan it-taħriġ jinvolvi numru ta’ laqgħat fejn tiġi diskussa informazzjoni dwar it-tfal, il-ġenituri bijoloġiċi, l-adozzjoni internazzjonali, u kif ukoll it-trawma.

Meta l-ġenituri adottivi prospettivi jiddeċiedu sabiex ikomplu bil-proċess, huma jiġu allokati ħaddiema soċjali sabiex taħdem/jaħdem mal-familja tul il-proċess tal-assessjar. Dan ir-rapport jintbagħat lill-Bord tal-Adozzjonijiet sabiex il-familja tiġi approvata bħala familja adottiva.

Is-servizz jemmen fid-dritt fundamentali li t-tfal kollha għandhom, dak li jgħixu f’ambjent ta’ familja. Għalhekk dan is-servizz flimkien ma’ servizzi oħra, jappoġġja u jaħdem ma’ ġenituri bijoloġiċi li qed jikkunsidraw pjan t’adozzjoni għat-tfal tagħhom, u jaħdem u jappoġġja wkoll lill-ġenituri adottivi.

Il-ħaddiema soċjali ġewwa s-servizz tal-adozzjoni joffru firxa wiesgħa t’appoġġ lill-familji u t-tfal. Dan jinkludi: skambju ta’ informazzjoni; servizzi terapewtiċi għat-tfal adottivi u għat-tfal bijoloġiċi; u għajnuna lill-ġenituri tul it-trobbija tat-tfal. Għal kull adozzjoni li ssir minn pajjiż barra minn Malta, il-ġenituri adottivi jibbenefikaw minn għotja ta’ mhux aktar minn €10,000.

Dan isir wara li jiġu preżentati l-irċevuti oriġinali. Dawk il-genituri adottivi li ser ikunu qed jaddottaw min Malta mill-2021 ser ikunu huma wkoll qed jibbenefikaw minn għotja ta’ massimu ta’ elf ewro.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.