Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Il-korsijiet għall-ġenituri separati jew li qegħdin fil-proċess ta’ separazzjoni għandhom l-għan li jgħinu lill-ġenituri jifhmu kif jistgħu jgħinu lil uliedhom jagħmlu sens mis-separazzjoni.

L-għan tal-kors, li hu mmexxi minn professjonisti mħarrġa fil-qasam, hu li jagħti ħiliet lill-ġenituri kif irabbu f’żewġt idjar separati filwaqt li jżommu l-aħjar interess tat-tfal tagħhom bħala prijorità. Għaldaqstant, il-ġenituri jiġu mitluba li l-ewwel jifhmu l-emozzjonijiet tagħhom u l-uġigħ tagħhom biex imbagħad ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom jagħmlu sens aħjar mis-sitwazzjoni.

F’dan il-kors ukoll niffukaw fuq il-fatt li problemi relatati mal-koppja huma differenti mit-trobbija tal-ulied u li għalkemm ikun hemm problemi bejn il-koppji dawn xorta jistgħu jkunu ġenituri twajba għal uliedhom. Dawk kollha li huma interessati f’dan il-kors iridu jkunu għaddejjin jew għaddew diġà mill-proċess ta’ separazzjoni u l-koppja jkunu fi gruppi differenti biex tagħti l-opportunità li jħossuhom aktar komdi.

Parenting When Seperated

Laqgħa inizjali ssir ma’ kull parteċipant qabel il-bidu tal-grupp.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.