Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

​​​Il-Programm ta’ Trobbija Pożittiva jgħin lill-ġenituri jitrawmu f’ħiliet li aktar jistgħu jgħinuhom jissieltu mal-isfidi li jiltaqgħu magħhom. L-għan ta’ dan il-programm hu li l-ġenituri jagħrfu r-riżorsi li għandhom u jibnu fuqhom biex ikunu aktar effettivi u pożittivi fl-interventi tagħhom ma’ wliedhom. Il-ġenituri jkollhom il-possibbiltà li jkunu aktar ċari fuq il-valuri u l-għanijiet li fuqhom jixtiequ jibnu l-familja tagħhom.

Importanti li l-ġenituri jagħrfu jaħtfu l-okkażjoni meta jaraw lil uliedhom jagħmlu xi ħaġa tajba u jikkomunikawhielhom b’mod li t-tfal jistgħu jifhmu. L-irwol tal-ġenitur hu li jgħin lit-tfal jagħrfu kif qed ikunu mqanqla minn sitwazzjonijiet differenti, filwaqt li jirrispettaw u jirrispondu għall-emozzjonijiet li t-tfal jippreżentaw.

Positive Parenting banner

Il-ġenitur għandu l-possibbiltà jkun mudell għal uliedu u jgħinhom kif jimmaniġġjaw l-emozzjonijiet tagħhom b’mod aktar effettiv. Parti essenzjali minn dan it-taħriġ hu li l-ġenituri jagħrfu li meta t-tfal ikunu preparati għal dak li hu mistenni minnhom, ikunu jistgħu jwettquh aktar b’suċċess. Kull programm huwa mmexxi minn professjonijiet li huma mħarrġa fis-settur.

Contact us on

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.