Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Il-professjonisti tal-Looked After Children Service (LAC) jaħdmu ma’ minuri li jgħixu f’out of home care placements fi ħdan id-Direttorat tat-Tfal (Kura Alternattiva). L-etajiet ivarjaw bejn trabi ta’ twelid u adoloxxenti sa tmintax-il sena. Dawn il-minuri jkollhom bżonn jirċievu kura u attenzjoni li jingħatawlhom mill-fostering placements u mid-djar residenzjali fejn ikunu jirrisjedu.

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jiġu fformulati care plans b’mod regolari, li jpoġġu fiċ-ċentru l-bżonnijiet ta’ dawn it-tfal u ż-żgħażagħ. Il-pjanijiet ikunu diskussi u kkonfermati mir-Review Board. Il-professjonisti tal-LAC jaħdmu b’mod kontinwu biex il-minuri jkollhom stabbiltà fil-post alternattiv tagħhom u jinżamm kuntatt regolari kemm mal-minuri, mal-ġenituri, kif ukoll mal-professjonisti l-oħrajn li jkunu involuti fil-każ. Meta jkun fl-aħjar interess għall-minuri, il-professjonisti jaħdmu biex dawn jirritornaw lura mal-familja naturali tagħhom. F’sitwazzjonijiet fejn dan ma jkunx possibbli, is-servizz jappoġġja lil dawn il-minuri biex ikollhom pjan ta’ permanenza f’post li joffri stabbiltà u sigurtà biex dawn jibqgħu jikbru f’ambjent pożittiv. ​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.