Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

​Iż-żjarat taħt superviżjoni jinvolvu kuntatt sorveljat bejn it-tfal u l-ġenituri mhux kustodjali jew membri oħra tal-familja meta l-aċċess ma jkunx possibbli mod ieħor. Primarjament is-servizz jingħata lil tfal li huma taħt Ordni ta’ Kur​a, meta jkun fl-aħjar interess tat-tifel/tifla li jżuru l-ġenituri tagħhom fil-preżenza ta’ superviżur.

​Is-servizz huwa ffukat fuq it-tfal u offrut f’ambjent sigur waqt li jiffaċilita l-komunikazzjoni u r-relazzjoni fost il-membri kollha. Din l-interazzjoni tiġi ddokumentata sabiex tipprovdi rispons li ħafna drabi huwa kondiviż f’tim multidixxiplinarju. Dan itejjeb pjan ta’ kura ħolistika għall-benefiċċju tat-tfal.

Is-servizz huwa pprovdut ukoll f’sitwazzjonijiet meta l-Qorti tal-Familja tiddeċiedi li huwa neċessarju għall-benesseri tat-tfal li ġenitur wieħed jew it-tnejn jaraw it-tfal tagħhom fil-preżenza ta’ superviżur. Dan is-servizz joffri wkoll moniteraġġ, fejn familji li jistgħu jkollhom bżonn sapport fil-kuntatt, ikollhom lil professjonisti li jmorru jaraw il-kuntatt kif ikun sejjer. Dan is-servizz jiġi offrut f’każijiet tal-Qorti kif ukoll meta tfal ikunu taħt kura alternattiva.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.