Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

L-SMOPU, jew kif inhu l-aktar magħruf, iċ-ċentru tad-Detox, jinsab ġewwa l-isptar San Luqa. Dan huwa servizz illi l-Aġenzija Sedqa toffri fuq bażi nazzjonali. Iċ-ċentru tad-Detox għandu bħala għan l-għajnuna medika għall-persuni li jużaw sustanzi. Din l-għajnuna medika, soċjali, kif ukoll psikoloġika hija mogħtija fuq bażi low-threshold u tingħata f’livell bażiku wara l-assessjar dovut. Għal dan il-għan, l-iskwadra ta’ ħaddiema ġewwa ċ-ċentru tad-Detox hija magħmula minn tobba, infermiera, ħaddiema soċjali, spiżjara kif ukoll psikjatra li tattendi regolarment. Parti integrali ta’ dan is-servizz huwa intiż biex inaqqas il-ħsara mill-użu tas-sustanzi

Għal dan il-għan, jingħataw servizzi bħal dak tad-dispensa tal-methadone għall-persuni bi problemi ta’ opjaċi kif ukoll servizzi li jgħinu lill-persuni bi problemi ta’ vizzji oħra jew bi problemi ta’ natura medika kkawżati mill-użu ta’ sustanzi. Sabiex wieħed jibbenefika minn dan is-servizz għandu l-ewwel jirrikorri jew għand is-servizz tal-komunità fi ħdan Sedqa stess jew inkella għand NGOs oħra f’dan il-qasam. Hemm, l-ewwel isir assessjar inizjali, imbagħad il-persuna tintbagħat għall-għajnuna ġewwa ċ-ċentru tad-Detox kif meħtieġ.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.