Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Servizzi Offruti F'Għawdex

F’Ġunju tas-sena 2018, is-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali waqqfu direttorat f’Għawdex biex jassiguraw li s-servizzi tagħha għal persuni vulnerabbli jingħataw ukoll f’din il-gżira.

Tabilħaqq, il-Fergħa ta’ Għawdex tal-FSWS qed tistinka kontinwament biex tnaqqas id-distakk fil-provvista ta’ servizzi soċjali bejn Malta u Għawdex u tistinka biex iżżomm standards etiċi u professjonali għoljin fl-interventi kollha għall-utenti tas-servizz tagħha. Dan jinkludi Għawdxin, Maltin li jirrilokaw Għawdex għal diversi raġunijiet u barranin li joqgħodu fil-gżira.

Konsegwentement, il-Fergħa ta’ Għawdex tal-FSWS espandiet il-firxa tagħha. Fl-2019, il-Fergħa t’Għawdex estendiet is-servizzi tagħha li issa huma offruti mix-Xewkija (il-Kwartieri Ġenerali tal-FSWS f’Għawdex), ir-Rabat, Marsalforn, Għajnsielem u Wied il-Lunzjata. Huma għandhom l-għan li jipprovdu kura xierqa, sapport u servizzi ta’ kwalità lil dawk l-aktar vulnerabbli u f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, irrispettivament mill-età, is-sess, ir-razza u t-twemmin.

Il-Vjaġġ ta' adozzjoni

Il-Vjaġġ ta' Fostering

Direttur ta Fergħa FSWS Għawdex

Mons Joe Vella Gauci
Operations Director for Gozo

Aħbarijiet

Artikoli minn l-Aġenziji u d-Direttorati kollha