Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Mgr Joe Vella Gauci

Direttur tal-FSWS Għawdex

Joe Vella Gauci studja l-Filosofija u t-Teoloġija fis-Seminarju ta’ Għawdex, fil-Kulleġġ Terzjarju ta’ Fareham u fl-Open University fl-Ingilterra. Ġie ordnat saċerdot fl-1988 u kompla l-istudji tiegħu fl-Iskola tal-Istudji Orjentali u Afrikani fl-Università ta’ Londra fejn kiseb BA (Hons) fl-Istudji Politiċi u Reliġjużi u Masters fl-Istudji Orjentali u Afrikani. Vella Gauci kiseb Ph.D fi studji Iżlamiċi fl-Università ta’ Birmingham bit-teżi Christian-Muslim relations as a Topos in Maltese Historiography, Literature and Culture.

Huwa vvjaġġa b’mod estensiv fid-dinja Għarbija u kkontribwixxa f’diversi artikli, fosthom bil-pubblikazzjoni tiegħu: Il-Liġi Iżlamika u Żwiġijiet Imħallta f’Malta, fl-1991. Fl-2006 kien maħtur membru fil-kumitat preparatorju għall-Forum Għarbi-Ewropew għall-Iżvilupp u Djalogu.

Meta serva bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Katidral ta’ Għawdex (1996-2007), fejn twieled u trabba, huwa ppromwova l-ġid sħiħ tal-persuni u ħadem ma’ persuni nieqsa mill-fidi, divorzjati u persuni f’tieni relazzjoni, omosesswali, u vittmi ta’ abbuż ta’ sustanzi.

Vella Gauci għallem fil-Fakultà tal-Arti (Dipartiment tal-Istudji Orjentali) fl-Università ta’ Malta u kien anki tutur fil-Kulleġġ Iżlamiku għall-Istudji Avvanzati fl-Università ta’ Middlesex.

Fl-2010 kien maħtur konsulent għar-Relazzjonijiet Internazzjonali u l-Libertà Reliġjuża fis-Segretarjat tal-Kummissjoni tal-Konferenza Episkopali tal-Unjoni Ewropea fi Brussell. Kien responsabbli mill-analiżi, monitoraġġ u kontribuzzjoni tal-COMECE fil-politika tal-istituzzjonijiet Ewropej. Fi Brussell kien anki fdat bl-organizzazzjoni ta’ diversi konferenzi ewlenin, li mbagħad ġabar fil-pubblikazzjoni tiegħu: Perspettivi Internazzjonali fuq il-Libertà Reliġjuża – L-Eżitu ta’ Konferenzi dwar il-Libertà Reliġjuża (Brussell, 2013).

Fl-2013, Vella Gauci ġie maħtur Ambaxxatur u Delegat Permanenti ta’ Malta għall-UNESCO u rappreżentant tal-Gvern Malti fl-ICCROM f’Ruma.

Joe Vella Gauci huwa wieħed mill-fundaturi u jmexxi l-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni Kenn u Tama, li fl-2014 fetħet Dar Emmaus, l-ewwel servizz residenzjali ta’ emerġenza f’Għawdex. Fis-settur tal-volontarjat, huwa jservi wkoll ta’ chairman tal-Emergency Response and Rescue Corps f’Għawdex.

Fl-2015 ġie maħtru bħala Regional Development Agent għal Għawdex fil-proġett ESF 3.234 Leap u llum iservi bħala Direttur tal-Fergħa ta’ Għawdex tal-FSWS. Eventwalment, fl-2019 kien maħtur mis-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva biex imexxi l-Proġett Solitudni, studju tal-prevenzjoni tas-solitudni fost l-anzjani f’Malta.

Vella Gauci ngħata Ġieħ il-Belt Victoria mill-Kunsill Lokali ta’ belt twelidu fl-2015 u Ġieħ Għawdex fl-2021, u ġie maħtur membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fl-2020.

Preżentament, huwa jmexxi l-Kumitat Festi Reġjonali u Nazzjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Kumitat Tekniku għall-Wirt Dinji fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u huwa responsabbli minn skema ta’ taħriġ u koperattiva soċjali għall-vulnerabbli li joffru opportunitajiet ta’ impjiegi lil persuni vulnerabbli f’Għawdex.

​Huwa jifforma wkoll parti mill-Kulleġġ tal-Konsulturi u l-Kulleġġ Presbiterali tad-Djoċesi ta’ Għawdex u mid-Dwejra Steering Committee fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.