about us image 1

MISSJONI

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), permezz ta’ servizzi ta’ għajnuna ta’ kwalità u mogħtija fil-ħin, twassal biex il-persuni li jfittxu l-għajnuna tagħha jieħdu rajhom f’ idejhom sabiex isiru persuni responsabbli, produttivi w integrati fis-soċjetà u li jagħtu valur lill-ħajja bħala riżorsa li twassalhom sabiex jilħqu l-potenzjal tagħhom.

about us image 1
about us image 2 light bulb

VIŻJONI

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), hija katalist għall-bidla u l-iżvilupp għas-settur tal-ħarsien soċjali f’Malta li huwa konsistenti mal-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tat-tfal, familji u komunitajiet biex tingħeleb l-esklużjoni soċjali.

Tagħrif dwar il-FSWS

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), twaqqfet permezz ta’ Att Notarili Pubbliku awtorizzat mill-Prim Ministru Dr Alfred Sant, fis-27 ta’ Frar, 1998.

Il-Fondazzjoni hija magħmulha minn Bord tad-Diretturi li jinkludu President u mill-anqas erba’ membri li jkunu responsabbli għall-politika ġenerali u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni.

Permezz tas-servizzi li tagħti l-Fondazzjoni għandha r-responsabbilità, skont l-istatut tagħha li:

  • Tipprovdi servizzi ta’ ħarsien soċjali, b’mod partikolari fil-qasam tal-abbuż mis-sustanzi u l-alkoħol u problemi soċjali oħrajn prevalenti fil-pajjiż, speċjalment dawk marbuta mal-benesseri tal-familji;
  • Tippromwovi l-istudji u riċerka soċjali permezz ta’ publikazzjonijiet u edukazzjoni;
  • Tikkolabora ma’ entitajiet simili, speċjalment, imma mhux esklussivament, fuq bażi reġjonali u internazzjonali.

Ix-xogħol ta’ kuljum tal-Fondazzjoni jitmexxa mill-Kap Eżekuttiv u t-tim maniġerjali permezz tal-1000 impjegat li 78% minnhom huma professjonisti li jagħmlu xogħol dirett mal-klijenti.

Dawn il-professjonisti jaħdmu fi tliet aġenziji u tliet direttorati li huma: