Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Aġenzija Appoġġ

L-Aġenzija Appoġġ hija aġenzija li toffri diversi servizzi tal-benesseri psikosoċjali ta’ kwalità lil individwi u familji li ġejjin minn kull sfera tas-soċjetà u li jħaddnu d-diversitajiet kollha, billi ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ dawn il-persuni, filwaqt li tiddefendi u tissalvagwardja l-benesseri tagħhom.

L-Aġenzija, b’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, tipprovdi servizzi ta’ benesseri tal-ogħla standard possibbli għal dawk li jużaw is-servizzi tagħha, b’tali mod li jkunu appoġġati u mogħtija s-setgħa biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

L-Aġenzija hija mmexxija minn Direttur tal-Operazzjonijiet, erba’ Maniġers u grupp tal-hekk imsejħa Service Area Leaders. L-Aġenzija Appoġġ tinkorpora: Is-Servizzi tal-Ħidma Soċjali fis-Settur tas-Saħħa, li huma preżenti f’diversi ambjenti tas-saħħa fl-Isptar Mater Dei, is-Servizzi għat-Tfal u ż-Żgħażagħ fit-Taqsima ta’ Gwida għat-Tfal (‘Child Guidance Unit’), l-Isptar Mount Carmel, is-Servizzi tas-Saħħa Primarja fiċ-ċentri tas-saħħa ta’ Birkirkara, Bormla, il-Kottonera, l-Imtarfa u Ħal Qormi, ir-Residenza St Vincent De Paule u ċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Noffru wkoll is-servizz ta` ħidma soċjali fi ħdan is-servizz ta ta’ Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Kommunita’kif ukoll l-Employee Support Programme, servizz immirat għall-impjegati fis-settur pubbliku.

Minbarra s-servizzi tal-vjolenza domestika li jinkludu xogħol ta’ ħidma soċjali fis-servizz innifsu, hemm is-servizz STOP! li jipprovdi għajnuna u appoġġ lill-aggressuri tal-vittmi tal-vjolenza domestika, kif ukoll is-servizz tal-Evalwaturi tar-Riskji, li jivvalutaw ir-riskju tal-każ qabel ma jirreferu lill-persuni kkonċernati għall-għajnuna. Barra minn hekk, aħna noffru servizz ta’ xelter ta’ emerġenza għal vittmi tal-vjolenza domestika, jiġifieri l-Għabex.

Servizz ieħor li noffru huwa dak imsejjaħ ‘Intake and Family Support Service’, li jinkludi sottotimijiet li jaħdmu fuq il-Kundizzjoni ta’ Persuni Mingħajr Dar, it-Traffikar tal-Bnedmin u l-Programm ta’ Appoġġ introdott reċentement rigward is-‘Sex Work’. Flimkien ma’ dawn, l-Aġenzija tħaddan ukoll is-Supportline 179, il-linja telefonika 1772 li toffri għajnuna u wens lil persuni li jinsabu weħidhom u allura qegħdin ibatu mis-solitudni, is-servizz BeSmartOnline u s-Servizz ta’ Emerġenza wara l-ħinijiet tal-uffiċċju u fi tmiem il-ġimgħa. Noffru s-servizz ta’ assessjar fil-qasam tal-Awtorita’ tad-Djar. Dawn is-servizzi huma kollha appoġġati mit-tim tal-Amministrazzjoni.​

Is-servizzi tal-benesseri soċjali offruti mill-Aġenzija Appoġġ għandhom l-għan li jġibu bidla pożittiva u sana fil-ħajja tan-nies – bidla li tagħtihom iċ-ċans itejbu l-potenzjal tagħhom permezz tal-appoġġ, il-kura u l-għarfien li jirċievu mingħand il-professjonisti tal-Aġenzija.

Irraporta kazijiet ta' Vjolenza Domestika

Irraporta kazijiet ta Traffikar Uman

Operations Director of Aġenzija Appoġġ

Graziella Castillo

Operations Director of Aġenzija Appoġġ

Aħbarijiet

Artikoli minn l-Aġenziji u d-Direttorati kollha

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.