Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Fi ħdan is-servizz tal-Intake and Family Support, ħaddiema soċjali jaħdmu ta’ kuljum ma’ individwi li jinsabu jew ser jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. Il-ħaddiema soċjali jagħmlu assessjar u evalwazzjoni tas-sitwazzjoni preżentata sabiex jistabbilixxu r-raġunijiet għalfejn l-individwu spiċċa bla saqaf fuq rasu. Wara l-assessjar, jekk l-individwu jkollu bżonn akkomodazzjoni ġewwa xelter, il-ħaddiema soċjali tagħmel kuntatt max-xelters varji skont il-kriterju tal-eliġibbiltà tagħhom. Individwu jew familja jistgħu jiġu riferuti kemm għal xelter ta’ emerġenza jew xelter iktar fit-tul, skont il-bżonn tas-sitwazzjoni.

Eventwalment jinħoloq pjan ta’ kura flimkien mal-individwu u l-professjonisti varji sabiex tibda ħidma kollaborattiva fejn l-għan aħħari huwa dak li l-individwu jkollu l-kapaċitajiet u l-abbiltajiet li mill-ġdid jgħix b’mod indipendenti. F’dan il-pjan ta’ kura tiġi inkluża ħidma relatata ma’ impjieg, ħidma dwar problemi ta’ saħħa mentali, abbiltajiet relatati ma’ tqassim ta’ flus, kif ukoll kuntatti ma’ entitajiet oħra bħall-Awtorità tad-Djar u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fost l-oħrajn.

Għajnuna mill-ħaddiema soċjali tibqa’ tiġi offruta kemm waqt iż-żmien ta’ residenza ġewwa x-xelter kif ukoll, jekk mitlub, ladarba l-individwu jerġa’ jibda jirrisjedi b’mod indipendenti fil-komunità.

Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 22959000 jew ibgħat imejl fuq [email protected]

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.