Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

​​​Id-Dipartiment għall-Konformità Regolatorja huwa responsabbli kemm għal-liċenzjar tal-SCSA, kemm għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, tas-servizzi u l-bini kollha tal-FSWS, kif ukoll għad-direttorati u l-Aġenziji tagħha. Dan id-dipartiment jipprevjeni w jindirizza r-riskji fuq il-post tax-xogħol billi jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jitnaqqsu jew jiġu eliminati r-riskji. Huwa responsabbli li jaħtar/iħarreġ u jikkoordina mar-rappreżentanti u l-assistenti rappreżentanti tas-Saħħa u s-Sigurtà. Jiżgura li l-proċeduri, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mas-Saħħa u s-Sigurtà jiġu aġġornati regolarment biex jirriflettu r-rekwiżiti obbligatorji.

Dan id-dipartiment jaġixxi wkoll bħala punt ċentrali sabiex jassigura li kull servizz li jaqa’ taħt l-FSWS jingħata/iġedded il-liċenzja biex jopera. Dan id-dipartiment jassisti u jikkordina wkoll spezzjonijiet minn korp kompetenti bħall-Awtorità dwar l-Istandards tal-Kura Soċjali. Jikkollabora regolarment mal-maniġers tal-Fondazzjoni u mal-Awtorità tal-Istandards tal-Kura Soċjali biex tiżgura li l-Fondazzjoni twassal l-aħjar livell ta’ servizz lill-klijenti tagħha skont il-prattiċi u l-istess livell tal-liċenzja maħruġa mill-korp kompetenti.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.