Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

L-Addictions Community Team fi ħdan l-Aġenzija Sedqa, joffri servizzi personalizzati għal persuni u qraba tagħhom, li b’xi mod qed jissieltu ma’ problemi ta’ vizzji.

L-Addictions Community Team jassisti lill-klijenti sabiex isostnu l-motivazzjoni tagħhom b’intenzjoni illi jilħqu l-għan tagħhom fil-proċess ta’ trattament. Għal dan il-għan joffru informazzjoni u pariri skont il-bżonn individwali ta’ kull persuna. It-tim huwa responsabbli wkoll minn trattament ta’ riabilitazzjoni fil-komunità. Dan isir permezz ta’ assessjar inizjali tas-sitwazzjoni tal-persuna li qiegħda titlob l-għajnuna. Sussegwentement, isegwu lill-persuna permezz ta’ interventi psiko-soċjali mmirati sabiex jitnaqqas l-impatt negattiv tad-dipendenza, bil-għan li finalment tiġi megħluba. Joffru wkoll interventi f’mumenti ta’ kriżi, pariri li jwasslu għal harm reduction, assistenza fl-interessi personali ta’ kull klijent, kif ukoll interventi soċjali oħrajn skont il-bżonn. Isiru wkoll riferimenti għal servizzi oħrajn fi ħdan l-FSWS, xogħol mill-qrib ma’ servizzi mediċi, psikjatriċi u terapewtiċi kif ukoll preparazzjoni għas-servizzi riabilitattivi residenzjali meta jkun indikat fil-pjan tal-klijent.

L-Addictions Community Team jassisti wkoll persuni fi sptarijiet kif ukoll fil- faċilità korrettiva’ ġeneralment sabiex issir tranżizzjoni komda għal servizzi ta’ riabilitazzjoni. L-interventi huma wkoll immirati sabiex jassistu klijenti fil-ħajja personali tagħhom wara r-riabilitazzjoni mid-dipendenza, primarjament billi joffru servizz ta’ relapse prevention u aftercare f’forma ta’ laqgħat u suġġerimenti skont il-bżonn. ​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.