Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Aġenzija għas-servizz Komunitarji u Terapewtiċi

​​L-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunita’ (ACTS) għandha l-għan li taħdem mal-familji, individwi, u komunitajiet biex tilħaq l-għanijiet soċjali u terapewtiċi tagħhom. Iż-żewġ fergħat ewlenin tal-ACTS huma s-Servizzi tal-Komunità u s-Servizzi Terapewtiċi bbażati fid-Dar.

Is-servizzi tal-komunità huma magħmula minn timijiet maqsumin f’ħaddiema soċjali, mentors soċjali u ħaddiema għall-iżvilupp tal-komunità bbażati f’diversi komunitajiet madwar Malta. Huma jutilizzaw is-saħħiet u l-kapaċitajiet tal-komunitajiet biex jinkoraġġixxu bidla sinifikanti lejn kwalità ta’ ħajja sostenibbli. Ħaddiema soċjali u mentors soċjali jappoġġjaw individwi u familji fil-kuntest tal-komunità tagħhom bil-għan li jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Ix-xogħol tagħhom jinkludi t-tisħiħ tad-dinamika tal-familja, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-individwi li jaċċessaw l-impjieg, il-kontribut għall-istabbiltà tad-dar, u t-titjib tal-litteriżmu finanzjarju. Permezz ta’ proġetti bbażati fil-komunità, il-ħaddiema tal-iżvilupp tal-komunità jimmiraw li jsibu soluzzjonijiet kollaborattivi għall-isfidi tal-komunità, jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ċivika, u jikkontribwixxu lejn il-ħolqien ta’ komunitajiet responsabbli u li jieħdu ħsiebhom.

Is-Servizzi Terapewtiċi Ibbażati fuq id-Dar (HBTS) jikkonsistu minn timijiet ta’ professjonisti multidixxiplinarji minn sfond akkademiku soċjali u terapewtiku. L-għan ewlieni ta’ dan is-servizz huwa l-appoġġ tal-familji, b’mod partikolari fejn ikunu preżenti minorenni, li qed jaffaċċjaw diversi livelli ta’ sfidi u li jistgħu jaffaċċjaw il-possibbiltà li l-ħajja tal-familja tagħhom titkisser bħala riżultat. Filwaqt li jirrikonoxxu l-fatt li dawn il-familji jistgħu jsibuha diffiċli biex jattendu appuntamenti bbażati fl-uffiċċju, dawn it-terapisti primarjament jagħmlu sessjonijiet fi djarhom. Tim ieħor li jaqa’ taħt l-HBTS huwa t-tim tal-ġenituri. Dan it-tim ta’ professjonisti joffri programmi ta’ trobbija lill-familji u lill-gruppi primarjament bl-użu tal-programm ta’ taħriġ Incredible Years®.

Lista ta' servizzi fil-komunità

Direttur ta' Aġenzija għas-servizz Komunitarji u Terapewtiċi

Thomas Galea

Operations Director of Agency for Community and Therapeutic Services

Aħbarijiet

Artikoli minn l-Aġenziji u d-Direttorati kollha

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.