FAQ's
Sedqa
Services are available upon request, independent and church schools
Services are provided free of charge to all schools, including independent and church schools. However, in the case of parental skills programmes, a nominal participation fee is applicable.
Sedqa toffri numru ta’ servizzi relatati ma’ riabilitazzjoni minn vizzjijiet.
Tibda billi tattendi sessjoni ta’ konsultazzjoni ma’ professjonist mit-tim tal-Addictions. Tista’ tikkuntattja lit-tim billi ċċempel fuq numru 23885110 jew permezz ta’ email fl-indirizz [email protected]. It-tim joffri wkoll servizz ta’ drop-in fejn l-individwu jasal sal-uffiċċji ta’ Sedqa f’numru 3, Triq Braille, St.Venera, bejn il-ħin tat-8.00am u s-2.00pm, u ssir konsultazzjoni dak il-ħin stess. Għall-ewwel appuntament f’ħinijiet differenti, idealment il-persuna ċċempel qabel sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa. L-iskop tal-ewwel sessjoni huwa li ssir analiżi tas-sitwazzjoni u l-klijent jiġi gwidat skont il-bżonn bil-għan illi jirċievi iżjed għajnuna.
Sedqa temmen u tinsisti illi prevenzjoni f’dan il-kuntest, hija iżjed effettiva jekk tkun parti mill-kors tal-ħajja. Importanti ħafna illi kull individwu jiżviluppa l-abbiltajiet tiegħu b’tali mod illi jasal f’punt fejn ikun kapaċi jikkonfronta sitwazzjonijiet ta’ provokazzjoni, li jistgħu jwasslu sabiex kull forma ta’ abbuż jiżviluppa f’dipendenza. Propju għalhekk, Sedqa toffri s-servizzi tagħha ta’ prevenzjoni fi skejjel primarji u sekondarji, postsekondarji u terzjarji, postijiet tax-xogħol, fi gruppi differenti organizzati mill-komunitajiet kif ukoll f’diversi attivitajiet oħra fil-komunità nnifisha. Is-servizz huwa wkoll eliġibbli għal assoċjazzjonjiet illi jixtiequ jfasslu attivitajiet bi skop illi jwasslu messaġġ ta’ prevenzjoni.
Is-servizz residenzjali ta’ Sedqa, magħruf l-iżjed bħala Komunità Santa Marija, jiffoka sabiex joffri lill-klijenti ambjent sikur u trankwill fejn jistgħu jikkonċentraw fuq il-problema tagħhom. Il-proċess li jibda b’fażi residenzjali ta’ ftit ġimgħat, segwita minn fażi oħra li anki tinvolvi attivitajiet ’il barra mill-komunità, b’kollox jieħu madwar 14-il xahar. Fil-programm, ir-residenti kollha jgħixu f’komunità waħda u jieħdu ħsieb il-bżonnijiet ta’ xulxin u tal-istess komunità. Il-proċess kollu huwa maqsum fi tliet fażijiet. Fl-ewwel fażi (Assessment and Stabilization Phase) nibdew b’introduzzjoni għall-vjaġġ ta’ riabilitazzjoni u nassistu lill-klijent sabiex jadatta bil-mod, kif ukoll jirkupra menatalment u fiżikament mill-ħsara kaġun tal-abbuż ta’ qabel. Fit-tieni fażi (The Therapeutic Stage), il-klijent jingħata l-opportunità sabiex jiffoka fuqu nnifsu, l-imġiba tiegħu u sitwazzjonijiet li ħallew impatt f’ħajtu, bil-għan illi fl-eventwalità, l-individwu jiżviluppa l-kapaċità li jgħix ħajja ħielsa minn vizzjijiet. L-għan prinċipali tat-tielet u l-aħħar fażi (Re-Integration Phase), huwa li nassistu lill-klijent imur lura fis-soċjetà bi skop li jgħix ħajja indipendenti. Is-sapport mill-ħaddiema tal-aġenzija hawnhekk jiġi estiż sabiex bi pjan il-klijent ikun jista’ jkompli jibni fuq dak li jkun sar fil-fażijiet ta’ qabel.