Is-Sur Jesmond Bonello prezentament qed jokkupa r-rwol ta’ Direttur tal-Konformità Regolatorja fi ħdan l-FSWS fejn qed jiffoka l-aktar fuq l-istandards tal-SCSA u s-Saħħa u s-Sigurtà tal-bini kollu tal-FSWS.
Huwa l-eks Direttur u President tal-UHMvuċi tal-UHM-voice of the workers. Kariga li okkupa għal 9 snin konsekuttivi u b’kollox serva għal aktar minn 20 sena fl-Unjoni fejn kellu rwoli differenti. Huwa okkupa wkoll ir-rwol ta’ Direttur tal-Bord tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (NSO) u l-Bord tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol.
Huwa rrappreżenta wkoll UHM-Voice of the workers fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali,fil-Meusac u f’Fora Ewropea oħra bħall-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejd Unions, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-Federazzjoni Ewropea tal-Impjegati fis-Servizzi Pubbliku, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Ħaddiema, u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Huwa twieled fil-Birgu u studja f’De La Salle sal-livell sekondarju u kompla l-istudji tiegħu fil-Lyceum il-Ġdid.


