Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Thomas Galea

Direttur tal-operat tal-ACTS​

Thomas Galea ġie maħtur bħala direttur tal-operat tal-ACTS f’Settembru 2021. Huwa beda’ l-karriera tiegħu bħala social worker mal-Aġenzija Sapport. Fl-2010 huwa ingħaqad mat-tim tal-komunita’ t’Aġenzija Sedqa u wara okkupa l-irwol ta’ leader fi ħdan is-servizz ta’ riabilitazzjoni residenzjali, ifforma parti mit-tim psikoloġiku tas-Sedqa, kif wkoll ġie appuntat Operations Manager bil-portafolli ta’ Servizzi ta’ Żvilupp u Servizzi Residenzjali. Fl-2015 huwa ggradwa bħala psikoterapista sistematiku u ilu jipprattika t-terapija mill-2016. L-oqsma ta’ interessi kliniċi u akkademiċi huma d-dipendenza fuq is-sustanzi, ir-relazzjonijiet interkulturali, in-nariċissiżmu u kif wkoll il-vjolenza domestika. ​