Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Charles Scerri

Direttur tal-Operat, Aġenzija Sedqa​

Charles Scerri Scerri huwa kkwalifikat bħala senior social worker u ngħaqad mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali f’Ġunju tas-sena 2005. Huwa beda t-traġitt tiegħu ġewwa l-Fondazzjoni bħala social worker fis-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal, fejn serva f’dan is-servizz għal tliet snin u nofs.

​Charles Scerri huwa kkwalifikat bħala senior social worker u ngħaqad mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali f’Ġunju tas-sena 2005. Huwa beda t-traġitt tiegħu ġewwa l-Fondazzjoni bħala social worker fis-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal, fejn serva f’dan is-servizz għal tliet snin u nofs. Charles ġie promoss għal koordinatur fis-servizz tal-Looked After Children fis-sena 2008, filwaqt li fl-2011 ħa wkoll il-kariga bħala leader tal-istess servizz.

Fl-2016, Charles ħa f’idejh il-portafoll tal-Looked After Children bħala Manager, fejn fost l-isfidi ewlenin, ħadem qatigħ dwar id-diffikultajiet ta’ placements ta’ minorenni li jkunu qed jgħixu f’kura alternattiva, kif ukoll beda proċess ta’ ppjanar għal ristrutturar tas-settur bi preparazzjoni għal-leġislazzjoni ġdida dwar il-ħarsien tat-tfal.

F’Awissu 2018, wara tlettax -il sena ta’ ħidma fis-settur tas-servizzi tat-tfal fi ħdan Aġenzija Appoġġ, Charles laqa’ sfida ġdida fis-settur tad-dipendenzi, fejn ħa f’idejh it-tmexxija ta’ Aġenzija Sedqa bħala Direttur tal-Operat, liema kariga għadu jokkupa sal-preżent​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.