Is-Sinjura Sharon Bond hija Kriminologa. Studjat fl-Università ta’ Malta u kisbet Grad u Masters tal-Lawrija fil-Kriminoloġija. It-Teżi tal-Grad kienet ibbażata fuq il-liġijiet kontra l-vjolenza domestika, filwaqt li t-Tezi tal-Masters kienet fuq kif jista jiġi evitat il-ħasil tal-flus (money laundering).
Dan l-aħħar kompliet bl-istudji tagħha ma’ ACAMS, li hija Assoċjazzioni speċjalizzata Amerikana, fejn studjat fuq kif tista tipprevjeni l-isfruttament tat-tfal onlajn, il-ġlieda kontra l-iskjavitù moderna w it-traffikar tal-bnedmin, u kontra l-kummerċ illegali ta’ annimali slavaġ.
Kellha karriera twila mas-Servizz Ċivili, izda bhalissa impjegata ma’ wieħed mill-Banek ewlenin ta Malta, fi rwol maniġerjali.
Fil-ħin liberu taghħa, tħobb tistudja, taqra u tmur għal mixja jew ġirja.


