FAQ's
Appoġġ
Huwa importanti li wieħed jiddistingwi bejn kunflitt fil-familja u vjolenza domestika. Waqt li jekk wieħed jesperjenza kunflitt fil-familja, dawn ma jħossuhomx intimidati jew imbeżżgħa, din hija esperjenza differenti għall-persuni li jesperjenzaw vjolenza domestika. Tnejn mill-karatteristiċi ewlenin tal-vjolenza domestika huma l-kontroll u l-poter. F’sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika l-persuna li qed tabbuża teżerċita poter fuq il-persuna l-oħra b’modi differenti li jistgħu jkunu kemm abbuż fiżiku, emozzjonali, psikoloġiku, finanzjarju u/jew sesswali. Dawn it-tattiċi abbużivi jsiru b’intenzjoni sabiex iżommu lill-persuna l-oħra taħt kontroll u jiġru fuq medda ta’ żmien. Ma huwiex dejjem faċli għall-persuna sabiex tagħraf dawn is-sinjali, għaliex dawn jistgħu jkunu sottili ħafna speċjalment f’każ ta’ abbuż psikoloġiku u emozzjonali.
Għabex Emergency Shelter (magħruf bħala Għabex) ġie mwaqqaf f’Ottubru tal-2000 bħala xelter ta’ emerġenza għall-vittmi tal-vjolenza domestika. Għabex jilqa’ nisa u tfal li huma vittmi tal-vjolenza domestika, kif ukoll vittmi tat-traffikar tal-persuni. Għabex jemmen li n-nisa u t-tfal kollha għandhom dritt li jgħixu ħajja ħielsa mill-vjolenza u l-abbuż, irrispettivament mill-età, oriġini etnika, reliġjon, orjentazzjoni sesswali u abbilitajiet.
Għabex jaħdem id f’id mal-Unit tal-Vjolenza Domestika (DVU) li jirriferu nisa li qed ifittxu kenn. Il-maġġoranza tan-nisa referuti jkollhom kuntatt mad-DVU jew inkella wara li jsir risk assessment. Wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, mara tista’ tiġi referuta mis-Supportline 179. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-għada li tkun daħlet mara u t-tfal tagħha ġewwa Għabex, isir assessment mill-ħaddiema soċjali tad-DVU.
Meta mara tidħol Għabex ħa ssib sapport mill-istaff li jagħtuhom l-opportunità li jitkellmu xħin ikollhom bżonn. Minn hawnhekk, huma jsibu gwida biex jimxu ‘l quddiem u jgħixu ħajja mingħajr abbuż, u ħajja indipendenti. Mal-ħaddiema soċjali tad-DVU, kif ukoll il-ħaddiema soċjali tax-xelter, il-mara tiddiskuti l-care plan tagħha sabiex tkun tista’ tilħaq il-bżonnijiet tagħha u tat-tfal, u tikseb l-indipendenza. Għabex jgħin lill-mara tħossha sigura, u b’hekk hi tkun tista’ tiffoka fuq aspetti differenti f’ħajjitha, kif ukoll fuq il-bżonnijiet tat-tfal tagħha.
Peress li Għabex huwa xelter tal-emerġenza, ir-residenti jistgħu jdumu tliet xhur jirrisjedu fix-xelter. Iżda, kull każ hu differenti u individwali, u għaldaqstant estensjonijiet jiġu kkunsidrati skont iċ-ċirkostanza tal-persuna u t-tfal tagħha.
Ladarba jitilqu minn Għabex, in-nisa ġieli jħossuhom lesti biex jibdew jikru akkomodazzjoni privata. Iżda jekk il-mara tħossha li għandha bżonn aktar sapport, hi tiġi riferuta għal xelter tat-tieni stadju.
Is-sigurtà hija prijorità għax-xelter minħabba li aħna nemmnu li dan hu l-uniku mod kif ir-residenti jistgħu jħossuhom siguri biżżejjed biex jimxu ’l quddiem. B’hekk ix-xelter huwa mdawwar b’kameras CCTV kif ukoll b’ċint għoli madwar ix-xelter. Il-post tax-xelter jinżamm kunfidenzjali u jingħata biss lir-residenti.
Wieħed jista’ jċempel fuq in-numru tal-Aġenżija Appoġġ 2295900, fil-ħinijiet tal-uffiċċju, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-5pm. Hemmhekk dejjem ser issib ħaddiema soċjali lesta li tirċievi t-telefonata tiegħek. Wieħed jista’ wkoll jiġi ġewwa l-bini ta’ Aġenżija Appoġġ ġewwa Gwardamanġa u jitlob sabiex ikellem lill-ħaddiema soċjali mit-Taqsima għall-kontra l-Vjolenza Domestika. Is-servizz tas-Supportline 179, ukoll joffri sapport għall-vittmi ta’ vjolenza domestika li jixtiequ jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tagħhom anke barra mill-ħinijiet normali tal-uffiċċju. Jekk isir dan il-kuntatt, il-ħaddiema tas-Supportline ser jistaqsu għall-kunsens tal-persuna jekk tixtieqx li tiġi kkuntattjata minn ħaddiema soċjali għall-kontra l-vjolenza domestika u jistaqsu wkoll liema ħin ikun l-aktar opportun sabiex il-persuna titkellem liberament dwar is-sitwazzjoni tagħha mal-ħaddiema soċjali.
Huwa importanti li wieħed jiddistingwi bejn kunflitt fil-familja u vjolenza domestika. Waqt li jekk wieħed jesperjenza kunflitt fil-familja, dawn ma jħossuhomx intimidati jew imbeżżgħa, din hija esperjenza differenti għall-persuni li jesperjenzaw vjolenza domestika. Tnejn mill-karatteristiċi ewlenin tal-vjolenza domestika huma l-kontroll u l-poter. F’sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika l-persuna li qed tabbuża teżerċita poter fuq il-persuna l-oħra b’modi differenti li jistgħu jkunu kemm abbuż fiżiku, emozzjonali, psikoloġiku, finanzjarju u/jew sesswali. Dawn it-tattiċi abbużivi jsiru b’intenzjoni sabiex iżommu lill-persuna l-oħra taħt kontroll u jiġru fuq medda ta’ żmien. Ma huwiex dejjem faċli għall-persuna sabiex tagħraf dawn is-sinjali, għaliex dawn jistgħu jkunu sottili ħafna speċjalment f’każ ta’ abbuż psikoloġiku u emozzjonali.
Kwalunkwe persuna li hija vittma ta’ vjolenza domestika tista’ titlob għall-għajnuna tal-ħaddiema soċjali li jaħdmu ġewwa din it-Taqsima. Dawn jistgħu jinkludu, imma mhux biss, nisa jew irġiel li qed jiġu abbużati mis-sieħeb/a tagħhom kemm f’relazzjonijiet ta’ sess differenti u dawk tal-istess sess, persuni li qed jiġu abbużati minn membri oħra tal-familja bħal anzjani, persuni b’abbiltajiet differenti, ġenituri, eċċ. Il-persuni għandhom ikunu adulti u jagħtu l-kunsens volontarju tagħhom sabiex jirċievu s-servizz.
Persuni li huma vittmi ta’ vjolenza domestika ħafna drabi jsibuha diffiċli sabiex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. Jista’ jkun li persuna tibża’ li nies oħra ma jifhmux dak li hija tkun qiegħda tħoss, saħansitra minn familjari. Vittma ta’ vjolenza domestika, ħafna drabi jkollha xewqa li s-sitwazzjoni titranġa u li l-abbuż jieqaf. Il-vjolenza domestika tattakka wkoll il-kunfidenza li wieħed ikollu fih innifsu u jsib ruħu jiddubita minn kollox. Għalhekk, il-ħaddiema soċjali fi ħdan il-vjolenza domestika, joffru servizz kunfidenzjali u huma lesti sabiex jagħtu sapport kemm emozzjonali u anke fuq livell prattiku lill-persuni li qed jesperjenzaw dan it-tip ta’ abbuż. Il-ħaddiema soċjali jgħinu lill-persuna tagħraf dak li għaddejja minnu u tiġi infurmata wkoll b’alternattivi differenti li tista’ tadotta. Il-persuna li tersaq għall-għajnuna se tiġi mgħarrfa wkoll bid-drittijiet tagħha u mwieżna sabiex tieħu dawk id-deċiżjonijiet li hija tixtieq għall-protezzjoni tagħha u tat-tfal li jistgħu jkunu involuti. Il-ħaddiema soċjali jistgħu wkoll jiffaċilitaw l-aċċess għal servizzi oħra inkluż dawk residenzjali u flimkien mal-vittmi jaħdmu fuq pjan ta’ sikurezza f’każ ta’ emerġenża jew kriżi ġewwa d-dar.
Risk Assessment hu magħmul minn set ta’ mistoqsijiet li jiġu mistoqsija lill-vittma sabiex tinġabar informazzjoni u dettalji tal-allegazzjonijiet tal-abbuż u l-vjolenza domestika mwettqa mill-allegat aggressur. Din il-valutazzjoni filwaqt li għandha l-għan ewlieni li tara l-pattern ta’ vjolenza domestika fir-relazzjoni, tistabbilixxi wkoll jekk hemmx riskju fuq il-persuni l-oħra li jgħixu fl-istess dar fejn iseħħ l-abbuż.
Wara li r-Risk Assessment jiġi ffinalizzat, il-professjonisti jifformulaw rapport li jiġi mogħti lill-pulizija sabiex dawn jipproċedu min-naħa tagħhom. Barra minn hekk, jiġi diskuss flimkien mal-vittma miżuri (safety planning) li jassiguraw is-sigurtà tal-vittma stess, tat-tfal ikkonċernati, kif ukoll membri tal-familja fejn jeħtieġ il-bżonn. Evantwalment din il-valutazzjoni tiġi mehmuża mar-rapport tal-pulizija u ppreżentata fil-Qorti quddiem il-Maġistrat.
Ir-Risk Assessment jiġi mitlub mill-pulizija wara li jidħlilhom rapport ta’ vjolenza domestika.
Ir-Risk Assessment normalment isir ġol-għassa tal-Pulizija wara li jidħol rapport lill-Pulizija rigward vjolenza domestika. Normalment dan isir ġo kamra privata u sigura sabiex il-vittma tħossha komda tiftaħ qalbha fil-libertà. Ir-Risk Assessment isir minn żewġ professjonisti mill-Aġenżija Appoġġ.
L-għan tar-Risk Assessment hu li jevalwa s-sitwazzjoni preżenti tal-vittma, kif ukoll evalwazzjoni fil-profond rigward l-abbuż kontinwu fir-relazzjoni. Ir-Risk Assessment jidentifika fatturi ta’ riskju u sigurtà, kif ukoll ir-realtà u s-sitwazzjoni tal-vittma.
Iva, kull persuna għandha d-dritt li tirrifjuta li jsir ir-Risk Assessment, għalkemm huwa rrakkomandat li dan isir. Huwa dritt legali tal-individwu li jsaqsi biex isir ir-Risk Assessment f’każijiet u sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika filwaqt li dan jista’ jiġi mitlub fl-Għassa tal-Pulizija.
Wieħed jista’ jċempel fuq in-numru tal-Aġenżija Appoġġ 2295900, fil-ħinijiet tal-uffiċċju, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-5pm. Hemmhekk dejjem ser issib ħaddiema soċjali lesta li tirċievi t-telefonata tiegħek. Wieħed jista’ wkoll jiġi ġewwa l-bini ta’ Aġenżija Appoġġ ġewwa Gwardamanġa u jitlob sabiex ikellem lill-ħaddiema soċjali mit-Taqsima għall-kontra l-Vjolenza Domestika. Is-servizz tas-Supportline 179, ukoll joffri sapport għall-vittmi ta’ vjolenza domestika li jixtiequ jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tagħhom anke barra mill-ħinijiet normali tal-uffiċċju. Jekk isir dan il-kuntatt, il-ħaddiema tas-Supportline ser jistaqsu għall-kunsens tal-persuna jekk tixtieqx li tiġi kkuntattjata minn ħaddiema soċjali għall-kontra l-vjolenza domestika u jistaqsu wkoll liema ħin ikun l-aktar opportun sabiex il-persuna titkellem liberament dwar is-sitwazzjoni tagħha mal-ħaddiema soċjali.
Programm Ulied Darna huwa servizz offrut bl-għajnuna ta’ voluntiera professjonali li jkunu ġew imħarrġa fis-settur. Il-voluntiera jassistu familji u individwi li jkollhom bżonn għajnuna prattika dwar abbilitajiet fit-tqassim ta’ flus, abbilitajiet fiż-żamma tad-dar, abbilitajiet fl-iġjene personali, abbilitajiet fit-tisjir kif ukoll f’abbilitajiet u ħiliet fit-tobbija tal-ulied. Il-voluntiera joffru wkoll għajnuna fit-trasportazzjoni ta’ klijenti speċjalment meta persuni jkollhom jattendu appuntamenti importanti mal-psikologi u professjonisti fil-qasam tal-saħħa. Il-voluntiera jakkumpanjaw ukoll lill-minuri f’attivitajiet ekstrakurrikulari bħalma huma sport, arti u drama.
Jekk taħseb li int persuna vjolenti jew abbużiva lejn is-sieħeb/sieħba tiegħek, dan hu s-servizz li jista’ joffrilek sapport. Il-vjolenza u l-abbuż jistgħu jieħdu diversi forom, fosthom vjolenza fiżika, emozzjonali, finanzjarja u sesswali fost l-oħrajn. Jekk int qatt pruvajt teżerċita poter fuq is-sieħeb/sieħba tiegħek waqt li kontu f’relazzjoni jew wara billi użajt xi wieħed minn dawn l-imsemmija, int tista’ tibbenefika minn dan is-servizz.
Sabiex persuna jew familja jibbenefikaw mis-servizz ta’ Programm Ulied Darna jeħtieġ li jkunu riferuti minn professjonisti fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. F’ċirkostanzi meta l-professjonisti, tul il-ħidma tagħhom mal-individwi jew il-familji, jidentifikaw il-ħtieġa ta’ persuna biex taħdem b’mod volontarju mal-istess individwi jew familji, l-istess professjonisti jagħmlu rakkomandazzjoni lis-servizz ta’ Programm Ulied Darna għall-għoti tas-servizz. Dan isir bil-kunsens tal-individwi jew familji konċernati.
Individwi li jixtiequ jissieħbu bħala voluntiera ma’ Programm Ulied Darna jeħtieġ li jkollhom aktar minn 21 sena. Kull applikazzjoni tkun teħtieġ magħha kondotta nadifa tal-pulizija u ittra ta’ referenza. L-applikazzjoni tinstab fuq il-website tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Tim ta’ ħaddiema soċjali u psikologi jieħdu ħsieb il-preparazzjoni ta’ reklutaġġ u wara intervista individwali u oħra fi grupp, l-applikanti magħżula jiġu mitluba sabiex jattendu taħriġ intensiv. Ladarba jintemm it-taħriġ, il-voluntiera jiġi allokat lilhom każ ta’ familja. Għalkemm esperjenzi preċedenti fi rwoli simili jiġu kkunsidrati ta’ vantaġġ, it-taħriġ kollu meħtieġ jiġi provdut mill-aġenzija.
STOP! the Violence and Abuse huwa servizz immirat lejn persuni li huma abbużivi fir-relazzjonijiet intimi tagħhom. Dan is-servizz jistieden lil min iwettaq l-abbuż sabiex jassumi r-responsabbiltà għal għemilu u jikkommetti biex jinbidel. Is-servizz huwa miftuħ għall-ġeneri kollha, madankollu jiġu offruti servizzi speċjalizzati għall-irġiel li jabbużaw lejn is-sieħba femminili tagħhom, u dan isir fi sforz biex jiġi ssalvagwardjat il-benesseri tan-nisa u tat-tfal tagħhom.
Id-DAIP hu programm iffurmat minn grupp ta’ rġiel abbużivi li jdum 28 ġimgħa. F’dan il-programm, il-parteċipanti jiġu mistiedna biex ibiddlu l-imġiba vjolenti u abbużiva tagħhom għal waħda ta’ rispett u responsabbiltà. Dan il-programm isir bejn wieħed u ieħor darba fis-sena jew skont id-domanda ta’ klijenti. STOP! Support Group, hu support group kontinwu li jsir darba kull ħmistax. Dan jipprovdi spazju għall-parteċipanti passati jew prospettivi tad-DAIP sabiex ikollhom spazju biex jirriflettu fuq kif l-imġiba abbużiva tagħhom affettwat lis-sieħba u lill-familjari tagħhom. Dan l-ispazju joffri wkoll sapport sabiex il-bidla miksuba minn parteċipanti waqt il-programm tad-DAIP iżżomm.
Jekk taħseb li int persuna vjolenti jew abbużiva lejn is-sieħeb/sieħba tiegħek, dan hu s-servizz li jista’ joffrilek sapport. Il-vjolenza u l-abbuż jistgħu jieħdu diversi forom, fosthom vjolenza fiżika, emozzjonali, finanzjarja u sesswali fost l-oħrajn. Jekk int qatt pruvajt teżerċita poter fuq is-sieħeb/sieħba tiegħek waqt li kontu f’relazzjoni jew wara billi użajt xi wieħed minn dawn l-imsemmija, int tista’ tibbenefika minn dan is-servizz.
Inizjalment, meta l-klijent jiġi riferut fi ħdan is-servizz, isir social work assessment sabiex jiġi determinat jekk il-klijent hux eliġibbli u addattat biex jirċievi s-servizz. Jekk hu l-każ, il-klijent jimxi sabiex jipparteċipa fid-Domestic Abuse Intervention Programme (DAIP) jew fi STOP! Support Group.
Il-maġġoranza tal-individwi li jibbenefikaw mis-servizz ikunu fittxewh huma stess. Madanakollu, riferti jistgħu jsiru minn professjonisti oħrajn u mill-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta. Kull min jaħseb li jista’ jibbenefika minn dan is-servizz, huwa mħeġġeġ sabiex jikkuntattja lill-Aġenzija Appoġġ u jistaqsi għas-servizz STOP! The Violence and Abuse.
Jekk int ġenitur jew persuna li tieħu ħsieb xi minuri u qed tesperjenza diffikultà sabiex tasserixxi l-awtorità, theddid ta’ ħsara lejk u/jew lejn membri tal-familja, u vjolenza u aggressjoni mill-wild jew ulied, int tista’ tibbenefika minn dan is-servizz.
Child to Parent Violence Service (CPV), hu servizz relativament ġdid li jaħdem ma’ familji fejn l-adolexxenti u żgħażagħ huma abbużivi lejn il-ġenituri tagħhom jew lejn dawk li jieħdu ħsiebhom.
CPV jipprovdi spazju lil familji li qed jesperjenzaw vjolenza u abbuż mit-tfal, dan fi sforz sabiex jiġi mħares l-aħjar interess tal-familja u l-membri tagħha u biex jiġi eliminat kwalunkwe abbuż. Numru stabbilit ta’ sessjonijiet isiru mal-ġenituri u mat-tfal rispettivament. Waqt dawn is-sessjonijiet, professjonisti minn STOP! u mis-servizz tal-vjolenza domestika jkunu involuti. Il-professjonisti, jevalwaw u jintervjenu sabiex jissapportjaw lill-familja biex jiġi maħluq non-violence contract li jinkludi pjan ta’ sigurtà u teknika sabiex jiġu evitati eskalazzjonijiet waqt argumenti.
Adolexxenti u żgħażagħ bejn l-etajiet ta’ 13 u 25 sena li huma vjolenti jew abbużivi lejn il-ġenituri tagħhom jew lejn min jieħu ħsiebhom jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz.
Il-professjonisti involuti, jiltaqgħu mal-familja sabiex jirriflettu fuq ix-xogħol li jkun sar flimkien, jippjanaw kif il-familja tista’ tkompli tkun issapportjata minn servizzi li jkunu ta’ benefiċċju għalihom.
Supportline 179 huwa l-linja nazzjonali li toffri sapport, informazzjoni dwar servizzi soċjali lokali u aġenziji oħrajn, kif ukoll huwa servizz fejn persuni li jkunu jeħtieġu aktar għajnuna jiġu riferuti għal servizzi oħrajn. Supportline 179 huwa wkoll servizz nazzjonali mmirat li jagħti appoġġ lil dawk il-persuni li jkunu jinsabu fi żminijiet ta’ diffikultà jew kriżi fil-ħajja tagħhom. L-għan prinċipali ta’ Supportline 179 huwa sabiex joffri għajnuna immedjata u mingħajr riservi lil dawk li jkunu qed ifittxu l-informazzjoni, is-sapport u/jew li jkunu jeħtieġu li jiġu riferuti għal aġenziji soċjali oħrajn. Kull persuna, tkun ta’ liema età tkun, li għandha bżonn min jismagħha jew li jempatizza magħha tista’ ċċempel fuq Supportline 179.
Is-servizz ta’ Supportline 179 huwa disponibbli 24 siegħa kuljum/7 ijiem fil-ġimgħa. Is-servizz huwa mingħajr ħlas minn numri tat-telefown fissi kif ukoll mill-mowbajl. Jista’ jċempel fuq Supportline 179 kull individwu li jħoss li għandu bżonn jitkellem ma’ xi ħadd, li għandu bżonn jiġi riferut għal servizz soċjali ieħor u li jħoss il-bżonn t’għajnuna f’sitwazzjoni ta’ kriżi bħalma huma każijiet ta’ vjolenza domestika, persuni li jisfaw bla saqaf fuq rashom, sitwazzjonijiet t’abbuż fuq minuri u f’ċirkostanzi ta’ suwiċidju. Dawn huma biss uħud mis-sitwazzjonijiet li jittratta s-servizz ta’ Supportline 179 iżda fl-istess ħin mhumiex l-uniċi.
Kull persuna li ċċempel fuq Supportline 179 u ma tixtieqx li tiġi riferuta għal servizz ieħor tista’ tirriserva d-dritt li tibqa’ anonima. Persuna li tkun tixtieq tagħmel rapport dwar abbuż fuq anzjani u minuri wkoll tista’ tagħżel li tibqa’ anonima. Minkejja dan, il-persuna li ċċempel hija obbligata li tgħaddi d-dettalji kollha tal-persuna vulnerabbli jekk ikun meħtieġ li jsir rapport u jiġi riferut għal servizz ieħor.
It-telefonati kollha li nirċievu fuq Supportline 179 huma trattati b’mod kunfidenzjali u r-rapporti jiġu riferuti lil servizzi oħrajn bil-kunsens verbali tal-persuna li tkun qed titlob l-għajnuna. Jekk il-persuna li ċċempel tindika li jkollha l-intenzjoni li tweġġa’ lilha nnifisha jew lil terzi persuni, f’dawn iċ-ċirkostanzi mbagħad it-telefonata tgħaddi għand professjonisti speċjalizzati li jistgħu jassistu fil-każ. Dan isir anke mingħajr il-kunsens tal-persuna li tkun qed iċċempel.
It-telefonati kollha li nirċievu fuq Supportline 179 huma trattati b’mod kunfidenzjali u r-rapporti jiġu riferuti lil servizzi oħrajn bil-kunsens verbali tal-persuna li tkun qed titlob l-għajnuna. Jekk il-persuna li ċċempel tindika li jkollha l-intenzjoni li tweġġa’ lilha nnifisha jew lil terzi persuni, f’dawn iċ-ċirkostanzi mbagħad it-telefonata tgħaddi għand professjonisti speċjalizzati li jistgħu jassistu fil-każ. Dan isir anke mingħajr il-kunsens tal-persuna li tkun qed iċċempel.
Tużax Supportline 179 b’ingann – vittma minuri li qed issofri abbuż jew vittma ta’ vjolenza domestika; persuna fi kriżi jew li għandha bżonn assistenza urġenti jista’ jagħti l-każ li jsibu l-linja okkupata waqt li inti tkun qed tagħmel użu minn Supportline b’mod irresponsabbli.
Tużax Suportline 179 bħala direttorju.
Tużax Supportline 179 bħala konsulta legali jew medika.
Tużax Supporline 179 biex tindirizza lmenti dwar entitajiet oħra.
Tużax Supportline 179 sabiex tirreferi terzi li huma adulti għas-servizz ta’ ħaddiema soċjali. Meta persuna adulta tkun teħtieġ servizz ta’ ħaddiema soċjali ħeġġiġha sabiex tagħmel kuntatt ma’ Supportline hija stess.
Tużax Supportline minflok is-servizz li jingħata mill-ħaddiema soċjali jew professjonisti oħrajn fuq bażi fit-tul.
Kull persuna ta’ kull età li tħossha waħedha u tixtieq taqsam il-ħsibijiet tagħha ma’ persuni professjonali tista’ tagħmel użu mis-servizz ta’ 1772.
Il-linja ta’ 1772 hija disponibbli 24 siegħa kuljum/7 ijiem fil-ġimgħa. Is-servizz huwa mingħajr ħlas minn numri tat-telefown fissi iżda mhux minn telefonati permezz tal-mowbajl. Persuni li jħossu li għandhom bżonn jitkellmu ma’ xi ħadd, persuni li jħossuhom anzjużi jew iżolati soċjalment mill-familjari u l-ħbieb tagħhom jew persuni li jħossu l-ħtieġa li jiġu riferuti għal servizz professjonali jistgħu jċemplu fuq il-linja 1772.
Jekk persuna li ċċempel fuq il-linja 1772 ma tkunx teħtieġ referenza għal servizz ieħor tista’ tibqa’ anonima. Jekk persuna tkun tixtieq li tiġi riferuta għal servizz ieħor ikun jeħtieġ li l-persuna tħalli d-dettalji tagħha u tagħti l-kunsens verbali tagħha biex ir-rapport jgħaddi għand entitajiet/servizzi oħrajn.
It-telefonati kollha li nirċievu huma trattati b’mod kunfidenzjali u r-rapporti jiġu riferuti lil servizzi oħrajn bil-kunsens verbali tal-persuna li tkun qed titlob l-għajnuna. Jekk il-persuna li ċċempel tindika li jkollha l-intenzjoni li tweġġa’ lilha nnifisha jew lil terzi persuni, f’dawn iċ-ċirkostanzi mbagħad it-telefonata tgħaddi għand professjonisti speċjalizzati li jistgħu jassistu fil-każ. Dan isir anke mingħajr il-kunsens tal-persuna li tkun qed iċċempel.
It-telefonati kollha li nirċievu huma trattati b’mod kunfidenzjali u r-rapporti jiġu riferuti lil servizzi oħrajn bil-kunsens verbali tal-persuna li tkun qed titlob l-għajnuna. Jekk il-persuna li ċċempel tindika li jkollha l-intenzjoni li tweġġa’ lilha nnifisha jew lil terzi persuni, f’dawn iċ-ċirkostanzi mbagħad it-telefonata tgħaddi għand professjonisti speċjalizzati li jistgħu jassistu fil-każ. Dan isir anke mingħajr il-kunsens tal-persuna li tkun qed iċċempel.
Individwi jew familji li sfaw bla saqaf fuq rashom jew qegħdin f’riskju li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom u li jixtiequ jibdew jirċievu għajnuna minn dan is-servizz iridu jċemplu fuq 22959000 jew jiġu l-Aġenzija Appoġġ bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn it-8am u l-4pm. Persuna tista’ tagħmel kuntatt mas-Supportline 179 wara l-ħin tal-ftuħ. Jekk l-individwu/familja diġà jiġi segwit minn professjonisti oħra, il-professjonist jista’ jagħmel kuntatt mas-servizz sabiex tiġi esplorata l-possibbiltà li jirreferi l-individwu/familja.
Waqt l-ewwel diskussjoni mal-ħaddiema soċjali jiġu esplorati diversi aspetti tal-ħajja tal-individu/familja. Dawn jinkludu s-sitwazzjoni finanzjarja, problemi relatati ma’ akkomodazzjoni, kwistjonijiet ta’ saħħa, x’sapport diġà jeżisti u abbiltajiet individwali fost oħrajn.
Is-Servizz jingħata lil kull persuna li qiegħda tgħix f’kull lokalità f’Malta apparti lokalitajiet fejn hemm servizz fil-komunità. Persuni li jgħixu f’lokalità fejn hemm servizz fil-komunità tiġi assista mis-servizz fil-komunità.
Xelter ta’ Emerġenza huwa akkomodazzjoni temporanja billejl fejn persuna bla saqaf fuq rasha tista’ tagħmel użu mis-servizz għal ftit iljieli jiddependi mill-bżonnijiet tal-individwu/familja, filwaqt li f’Xelter iktar fit-tul l-individwu/familja tista’ tirrisjedi iktar fit-tul imma mhux għal dejjem. Fi kwalunkwe xelter l-individwu/familja tkun qed taħdem fuq il-pjan ta’ azzjoni miftiehem sabiex terġa’ tkun indipendenti u tintegra lura fil-komunità.
Isir xogħol ta’ prevenzjoni mal-individwi/familji kollha sabiex tiġi evitata kwalunkwe tip ta’ kriżi. Il-ħaddiema soċjali jgħinu lill-individwu/familja billi jiggwidaw u jiffaċilitaw komunikazzjoni ma’ entitatjiet oħra li wkoll jafu joffru sapport bħad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Jobsplus kif ukoll l-Awtorità tad-Djar fejn hemm bżonn.
Iva, persuna tista’ tagħżel li tieqaf tirċievi servizz meta trid. Minkejja dan, meta persuna tkun qiegħda tirrisjedi ġewwa xelter, il-ħaddiema soċjali jibqgħu involuti sat-tmiem tal-akkomodazzjoni ġewwa x-xelter.
Is-Servizz jingħata lil kull persuna li qiegħda tgħix f’kull lokalità f’Malta apparti lokalitajiet fejn hemm servizz fil-komunità. Persuni li jgħixu f’lokalità fejn hemm servizz fil-komunità tiġi assista mis-servizz fil-komunità.
Din il-Hotline hija sistema ta’ rappurtar online li tipprovdi ambjent sigur u kunfidenzjali fejn il-pubbliku jista’ jirrapporta websites li jospitaw kontenut online ta’ abbuż fuq it-tfal.
Il-Missjoni u r-Rwol tagħna:
Aħna nużaw l-għarfien espert tagħna biex naħdmu ma’ partijiet oħra kkonċernati biex:
* Inwaqqfu d-disponibbiltà ta’ kontenut ta’ abbuż sesswali tat-tfal ospitat fi kwalunkwe post tad-dinja.
* Nipproteġu lit-tfal li huma vittmi ta’ abbuż sesswali minn vittimizzazzjoni ripetuta u identifikazzjoni pubblika.
* Nipprevjenu li l-utenti tal-internet jidħlu bi żball f’kontenut t’abbuż sesswali tat-tfal.
* Permezz tal-kooperazzjoni tagħna ma’ sħab internazzjonali aħna ngħinu fl-identifikazzjoni tal-vittmi involuti f’dan l-abbuż u dawn it-tfal jistgħu jiġu salvati.
Stampi u Vidjows ta’ Abbuż Sesswali tat-Tfal
* Immaġni ta’ tfal li juru pożizzjonijiet erotiċi mingħajr attività sesswali
* Attività sesswali mhux penetrattiva bejn tfal jew tfal li qed jimmasturbaw weħidhom
* Attività sesswali mhux penetrattiva bejn adulti u tfal
* Attività sesswali penetrattiva li tinvolvi tifel jew tfal, jew kemm tfal kif ukoll adulti
* Sadiżmu jew penetrazzjoni ta’ jew minn annimal
F’każijiet fejn m’intix ċert jekk il-vidjow jew ir-ritratt jinvolvix minorenni, inti tista’ tirrapporta xorta waħda. L-azzjoni tiegħek tista’ tgħin tifel jiġi salvat.
Ikkopja l-indirizz tal-website fuq il-parti ta’ fuq tal-paġna (magħrufa wkoll bħala l-url ġeneralment tibda bil-www.) Mur fuq il-website tagħna www.childwebalert.gov.mt
Mur fuq il-buttuna Report Abuse.
Meta tikklikkja fuq il-buttuna, din tieħdok fil-paġna tar-rapport.
Agħżel dak li trid tirrapporta mill-menu.
Agħmel paste l-url fil-qasam fejn tiddikjara Link to the offending website.
Issottometti r-rapport.
Il-proċess huwa kunfidenzjali u tista’ tibqa’ anonimu.
Individwu li jista’ possibilment ikun vittma ta’ traffikar uman jista’ jiġi jew iċempel l-Aġenzija Appoġġ fuq 22959000 bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mit-8am sal-4pm. Wieħed jista’ jagħmel kuntatt ma’ Supportline 179 barra l-ħinijiet tal-ftuħ. Individwu jista’ jiġi riferut lis-servizz minn professjonisti oħra jew mill-iskwadra ta’ kontra l-vizzji.
Is-Servizz huwa provdut fuq bażi volontarja u għalhekk is-servizz jingħata bil-kunsens tal-individwu. Jekk hemm persuni li jħossu li membru tal-familja jew ħabib jista’ jibbenifika mis-servizz hu gwidat biex iħeġġeġ lill-membru tal-familja/ħabib biex iċempel jew jiġi l-Aġenzija Appoġġ hu stess.
Kulħadd jista’ jgħin jikkumbatti t-traffikar uman. Jekk tissuspetta li hemm possibilment każ ta’ traffikar uman, wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-Aġenzija Appoġġ jew mal-Pulizija.
Iva, minuri jistgħu jirċievu għajnuna mill-IFSS wara li l-kustodju legali jkun ta l-kunsens.
Kull informazzjoni tinżamm b’mod kunfidenzjali iżda vittmi huma mħeġġa biex jirrapportaw is-sitwazzjoni tagħhom lill-pulizija speċjalment jekk huma jħossu li qegħdin f’riskju. Jekk hemm vittmi oħra jew tfal li jistgħu jkunu f’riskju, il-pulizija jridu jkunu infurmati dwar is-sitwazzjoni.
Iva, persuna tista’ tagħżel li tieqaf tirċievi servizz meta trid. Iżda huwa rakkomandat li wieħed jaħdem fil-viċin mal-professjonisti sakemm is-sitwazzjoni tkun waħda aktar stabbli sabiex tiġi evitata li terġa’ tkun f’sitwazzjoni vulnerabbli.
Jekk twaqqaf is-servizz u l-każ jingħalaq, tista’ terġa’ titlob għall-assistenza jekk terġa’ ssib ruħek f’diffikultà.
Min hu interessat li jattendi l-family workshops irid jagħmel kuntatt mas-servizz biex jesprimi l-interess tiegħu. Il-ħaddiema soċjali jagħmlu kuntatt mal-persuna meta jkun se jibda program.
Is-Servizz hu magħmul minn professjonisti mħarrġa fis-setturi tal-ħidma soċjali u counselling.
L-għan tas-servizz huwa illi joffru għajnuna fil-komunità lill-klijenti li jagħmlu użu mis-servizz u jiffukaw biex jgħinu biex itaffu l-istress u jipprevjenu kriżijiet li jistgħu jinqalgħu. Il-ħaddiema soċjali jgħinu wkoll billi jippruvaw inaqqsu l-istigma li persuni b’diffikultà fis-saħħa mentali jgħaddu minnha. Il-ħaddiema soċjali jippruvaw jgħinu lill-individwu bl-aħjar mod biex iħossuhom aħjar. Dan isir billi l-ħaddiema soċjali jagħmlu assessjar tas-sitwazzjoni preżenti tal-klijent, jagħmlu rapporti hekk kif rikjest mill-Konsulent, rapport lil diversi entitajiet bħal Malta Community Chest fund, dipartiment tal-akkomodazzjoni soċjali eċċ., joffru għajnuna emozzjonali u jagħmlu kuntatt mal-psikologi meta jkun hemm il-bżonn. Il-ħaddiema soċjali joffru informazzjoni fuq servizzi differenti offruti fil-komunità u wkoll jibqgħu jiffolowjaw il-klijent meta jkun hemm bżonn.
Il-ħaddiema soċjali joffru servizz fil-komunità għar-residenti ta’ Ħal Qormi, Siġġiewi u Żebbuġ. Il-ħaddiema soċjali joffru għajnuna psikjatrika flimkien mal-professjonisti li jaħdmu magħhom li jinkludu nersis, tobba, psikjatri u psikologi.
Kulħadd jista’ jirreferi minn professjonisti li jaħdmu ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, tobba tal-familja, saċerdoti, pulizija, organizzazzjonijiet ġewwa l-komunità u servizzi oħra. Il-klijent jista’ jirreferi lilu nnifsu. Is-servizz jista’ jingħata lill-persuni li jkunu taw il-kunsens għall-għajnuna.
Meta jirċievu r-referral, il-ħaddiema soċjali jassessjaw is-sitwazzjoni u jaraw x’inhuma l-bżonnijiet. Il-ħaddiema soċjali jassistu lill-klijenti b’diversi modi fosthom għajnuna relatata ma’ akkomodazzjoni soċjali, għajnuna fuq affarijiet relatati ma’ sigurtà soċjali u anke sapport emozzjonali fost oħrajn. Il-ħaddiema soċjali jaħdmu fil-qrib mal-professjonisti l-oħra ġewwa l-Isptar tal-Onkoloġija u dan importanti biex jitħejja pjan ħolistiku għall-klijent.
Dan jiddependi mis-sitwazzjoni tiegħek imma l-ħaddiema soċjali tista’ tagħmel kuntatt ma’ servizzi diversi fosthom Hospice u d-Dipartiment tal-Anzjani sabiex jiġu identifikati s-servizzi li tista’ tagħmel użu minnhom.
Dan jiddependi mis-sitwazzjoni li tkun għaddejja minnha. Wara li jsir assessjar tas-sitwazzjoni, nagħmlu kuntatt mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u naraw x’benefiċċji inti intitolata għalihom. Jekk eżempju ma tistax taħdem tista’ tapplika għall-benefiċċju tal-mard.
Trid tmur il-Customer Care ta’ Mater Dei u hemmhekk timla formola biex issaqsi għal bidla fil-Konsulent.
Klijenti jiġu riferuti mill-Konsulent jew professjonisti oħra inkluż tobba, nersis, psikologi, fiżjoterapisti, qraba u anke mill-klijent innifsu. Il-kunsens tal-klijent irid ikun inkiseb sabiex ikun jista’ jingħata s-servizz. Organizzazzjonijiet oħra u aġenziji wkoll jistgħu jirreferu.
L-uffiċċju jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30am sat-15.00pm.
Il-ħaddiema soċjali jaħdmu direttament mar-residenti u l-qraba tagħhom fuq diversi ċirkostanzi soċjali li jinkludu għajnuna sabiex ir-residenti ġodda jadattaw ġewwa r-residenza, għajnuna biex joħorġu fil-komunità, rilokazzjoni ġewwa dar residenzjali oħra, għajnuna rigward il-pensjoni jew sitwazzjoni finanzjarja, suspett ta’ abbuż, problemi f’relazzjonijiet familjari, għajnuna meta jkun hemm abbuż ta’ sustanzi, assistenza rigward għajnuna legali u problemi oħra li jkun hemm bżonn.
Kulħadd jista’ jirreferi inkluż ir-resident, qraba, ħbieb u professjonisti li jaħdmu ġewwa sptar u anke barra l-isptar li jkollhom kuntatt mar-residenti.
L-aħjar mod huwa billi ċċempel fuq in-numru tal-uffiċċju 22912384, 22912379 jew 22912460. Persuni jistgħu jmorru direttament l-uffiċċju biex ikellmu ħaddiema soċjali imma preferibbilment isir kuntatt bit-telefown qabel.
L-uffiċċju huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.30am u s-1.30pm.
Tista’ tagħmel kuntatt mad-Dipartiment tal-Ħaddiema Soċjali ġewwa l-Isptar Monte Karmeli fuq it-telefown 23304038 jew inkella ċċempel in-numru tal-Isptar 21415183 u ssaqsi għall-ħaddiema soċjali.
Is-Servizzi tas-saħħa mentali ġewwa l-Isptar Monte Karmeli huma bla ħlas.
Il-ħaddiema soċjali jagħmlu parti minn tim multidixxiplinarju li jikkonsisti fi professjonisti differenti fosthom psikjatri, psikologi, farmaċista, tobba u terapisti okkupazzjonali.
Ir-rwol tal-ħaddiema soċjali fi ħdan is-settur tas-saħħa mentali huma diversi. Is-servizz tal-ħaddiema soċjali huwa offrut kemm lil dawk li qegħdin ġewwa l-isptar kif ukoll dawk li joħorġu fil-komunità u li għandhom diffikultà fis-saħħa mentali. Il-ħaddiema soċjali tassessja s-sitwazzjoni tal-pazjent, tintervjeni għan-nom tal-pazjent u tagħmel kuntatt ma’ dipartimenti differenti fosthom mal-Awtorità tad-Djar, ma’ social security, taħdem fuq każijiet ta’ rinpatrijazzjoni. Il-ħaddiema soċjali anke tagħmel visti d-dar u taħdem biex tinforza lill-pazjent biex ikollu sehem attiv fis-soċjetà. Il-ħaddiema soċjali tgħin biex il-pazjent jaċċessa servizzi u tgħin biex tiġi megħluba l-istigma fuq is-saħħa mentali. Il-ħaddiema soċjali wkoll tassigura li tkompli tagħti l-għajnuna fejn hemm bżonn.
Il-persuna tiġi riferuta mit-tabib tal-familja jew tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa.
Le, il-ħin tal-uffiċċju huwa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30am sal-4.00pm is-sena kollha.
M’hemm l-ebda skadenza speċifika. Jista’ jkun minn siegħa sa diversi xhur skont is-sitwazzjoni u l-bżonnijiet tal-klijent.
Wieħed jista’ jċempel is-servizz fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla fuq 23972000/23972562 u fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara fuq 22774000/22774404.
Il-klijent huwa mitlub iġib Biljett ta’ Riferiment użat mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa. Biljett ta’ riferiment jista’ jintuża wkoll minn dawk il-professjonisti kollha tal-kura tas-saħħa li jwettqu dmirijiet kliniċi. Dan jinkludi l-professjonisti kollha tal-Kura tas-Saħħa Allied, infermiera u spiżjara li jaħdmu bl-appuntament u walk-in clinics fid-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja.
Il-klijenti għandhom jagħmlu l-appuntament tagħhom fiċ-Ċentri tas-Saħħa u għandhom iżommu Biljett ta’ Riferiment biex ikunu jistgħu jippreżentawh fl-appuntament rispettiv mal-ħaddiema soċjali.
Is-servizz huwa kunfidenzjali sakemm ma jkunx hemm riskju għall-individwu jew għal ħaddieħor jew meta l-ħaddiema soċjali jkun meħtieġ mil-liġi biex jikxfu ċerta informazzjoni. Il-klijent għandu jagħti l-kunsens tiegħu għal kull kondiviżjoni ta’ informazzjoni lil terzi persuni.
Iva, il-klijent jeħtieġ jaċċetta riferiment għas-servizz tal-ħidma soċjali.
Ir-rwol tal-ħaddiem soċjali huwa li jintervjeni ma’ persuni li qed jesperjenzaw kwalunkwe forma ta’ diffikultajiet soċjali inklużi problemi ta’ relazzjoni, faqar u użu ħażin/abbuż ta’ sustanzi. Il-ħaddiem soċjali jista’ jwettaq valutazzjoni tar-riskju/ħtiġijiet, jipprovdi appoġġ emozzjonali lill-klijent u jkun persuna ta’ kuntatt/riferiment għal professjonisti u servizzi oħra.
Klijenti jistgħu jarawhom psikjatri, nersis, psikologi, ħaddiema soċjali jew issir terapija okkupazzjonali jiddependi mis-sitwazzjoni preżenti tal-minuri. Il-minuri jistgħu jirċievu terapija individwali jew anke terapija fi grupp. Hemm ukoll gruppi ta’ terapiji li jiġu offruti lill-ġenituri.
Il-minuri jrid jiġi riferut minn tabib. Meta r-referral jasal CYPS, dan jitpoġġa fuq lista ta’ stennija mbagħad jingħata appuntament biex isir l-assessjar tas-sitwazzjoni.
Il-klijenti ta’ CYPS huma minuri sal-età ta tmintax-il sena. Is-servizz offrut għat-tfal u adolexxenti li huma għaddejjin minn diffikultajiet ta’ saħħa mentali.
L-għan tas-servizz tax-xogħol soċjali huwa li jipprovdi appoġġ psikoloġiku, gwida, u assistenza liċ-ċittadini anzjani. Dan is-servizz jittratta xogħol soċjali, jipprovdi promozzjoni għall-klijenti, jiżviluppa pjanijiet ta’ azzjoni, iwettaq xogħol ta’ intervent ta’ kriżi, jiġbor valutazzjonijiet għas-servizz ta’ għajnuna fid-Dar u jgħaqqad kemm ma’ sptarijiet ġerjatriċi u ġenerali. Dan is-servizz isegwi wkoll persuni anzjani li joqogħdu f’ambjent residenzjali u li qed jiffaċċjaw numru kbir ta’ problemi soċjali waqt li tinvestiga wkoll allegazzjonijiet ta’ abbuż. L-unità tgħaqqad ma’ entitajiet varji inkluż id-Dipartiment tas-Saħħa, il-Pulizija, il-kunsilli lokali, il-knejjes parrokkjali lokali u organizzazzjonijiet oħra li jistgħu jitrabbew biex jgħinu lill-klijent u jfasslu l-aqwa pjan ta’ kura meħtieġ.
Il-ħaddiem soċjali se jintervjeni u jsegwi lill-klijent, filwaqt li jiżgura li l-problema/i preżenti hija/jiġu mtaffija, filwaqt li tgħin ukoll lill-klijenti u l-maħbubin tagħhom jittrattaw is-sitwazzjoni stressanti b’mod kostruttiv. Il-ħaddiem soċjali għandu l-għan ukoll li jagħti s-setgħa lill-klijenti sabiex jgħinhom jibnu attitudni pożittiva. F’każijiet fejn huwa meqjus neċessarju, il-ħaddiem soċjali jfittex l-għajnuna ta’ professjonisti u aġenziji speċjalizzati sabiex jindirizzaw il-problema/i preżenti bl-iktar mod effettiv, il-ħin kollu jiġi żgurat li l-benesseri, is-sigurtà u l-interessi tal-klijenti jiġu salvagwardjati.
L-anzjani kollha li għandhom 60 sena jew iktar u li qed jiffaċċjaw dwejjaq soċjali huma eliġibbli biex japplikaw. Sitwazzjonijiet stressanti bħal dawn jistgħu jinkludu, klijenti anzjani li jgħixu waħedhom u jiddependu ħafna, klijenti li jsofru minn xi forma ta’ abbuż, klijenti li qed ibatu minn dimensja jew indeboliment konjittiv ieħor u/jew klijenti li qed jgħixu fi stat ta’ dwejjaq. Qraba u/jew individwi kkonċernati oħra jistgħu japplikaw ukoll f’isem il-klijent anzjan; madankollu, dan huwa servizz volontarju u l-ħaddiem soċjali ma jistax jintervjeni mingħajr il-kunsens tal-klijenti.
Wieħed jista’ japplika għal dan is-servizz billi jfittex il-website tal-AACC, jimla u jissottometti l-applikazzjoni online. F’każijiet fejn l-applikant ma jkollux aċċess għall-internet, wieħed jista’ jċempel lil Ċentru Servizz Anzjan fuq 22788800 u jiġi ordnat kif xieraq.
Huwa imperattiv li l-applikazzjoni timtela u tintbagħat liċ-Ċentru Servizz Anzjan, 3, Triq Zekka, il-Belt Valletta, VLT1510, Malta. Barra minn hekk, kwalunkwe tip ta’ dokumentazzjoni li tista’ tgħin lill-ħaddiem soċjali biex ikollha stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni u b’hekk tkun tista’ tifformula pjan ta’ azzjoni aħjar ikun ta’ għajnuna. Tali dokumentazzjoni tista’ tinkludi ċertifikati mediċi u/jew rapport ta’ kwittanza fl-isptar.
L-uffiċċju tax-xogħol soċjali AACC jinsab fil-Bini FXB, Triq l-Imdina, Ħal Qormi. L-uffiċċju jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7am u t-3pm.
Il-ħaddiema soċjali jirċievu referenzi għal pazjenti li jiddaħħlu l-isptar biss u l-professjonisti jistgħu jirreferu għas-sala jew jitkellmu ma’ tabib li jista’ jikteb deskrizzjoni qasira dwar il-każ.
F’Mater Dei naħdmu bħala tim multidixxiplinarju u naħdmu ma’ professjonisti oħra bħall-infermiera, tobba, psikologi, terapisti okkupazzjonali u fiżjoterapisti.
Aħna niddeskrivu s-servizzi fil-komunità permezz ta’ formola ta’ applikazzjoni li tista’ titniżżel fil-website.
Għal dawk li jaqgħu ’l fuq minn 60 sena s-servizzi offruti huma homehelp, għawm, kura tal-infermiera, ikliet fuq ir-roti, fiżjoterapija tal-podoloġija, ġerjatra, ċentri ta’ anzjanità attiva, respite fid-dar, respite, servizz ta’ handyman, telecare, servizz ta’ kontinenza, nursing domiċiljarju, kura domiċiljarja, skema ta’ carer at home, ċentru ta’ attività tad-dimensja, xogħol soċjali fil-komunità, night shelter, ammissjoni fid-dar, ġerjatra fil-komunità, terapija okkupazzjonali.
Meta r-riferiment isir mis-sala, il-ħaddiema soċjali jkellmu lill-pazjenti u l-qraba fis-sala jew fl-ewwel sular tal-uffiċċju tax-xogħol soċjali. Il-ħaddiem soċjali jivvaluta s-sitwazzjoni tal-pazjent, jikteb fil-fajl mediku u jikkomunika mat-tim multidixxiplinarju għal pjan ta’ kura qabel ma l-pazjent jinħeles mid-dar jew lejn xi mkien ieħor. Wara l-istima, il-ħaddiema soċjali jirreferu lill-pazjent għal servizzi offruti fil-komunità u ladarba l-pazjent jinħeles, l-utent tas-servizz jiġi segwit mis-servizzi fil-komunità jekk ikun hemm il-bżonn.
Dan is-servizz volontarju jifforma parti mis-Servizzi ta’ Ħidma Soċjali ta’ Mater Dei u joffri servizz komprensiv lil nisa tqal li għandhom bżonn appoġġ ta’ xogħol soċjali waqt xi żmien tat-tqala tagħhom. Barra minn hekk, il-ħaddiema soċjali jintervjenu wkoll f’każijiet ta’ minuri li huma rikoverati fl-Isptar Mater Dei u jeħtieġu assistenza tax-xogħol soċjali.
Nisa tqal huma riferuti minn sorsi varji, primarjament il-Klinika Ante-Natal u l-Klinika tas-Saħħa Mentali Perinatali fl-Isptar Mater Dei. Madankollu, servizzi oħra inklużi servizzi fi ħdan l-FSWS kif ukoll barra mill-FSWS jirreferu nisa tqal għall-appoġġ tax-xogħol soċjali. Swali tal-Ostetriċja jew swali oħra jirreferu nisa tqal li jidħlu fl-isptar jew nisa li għadhom kemm welldu, filwaqt li Swali Pedjatriċi jirreferu minorenni li jinsabu fl-isptar.
Nisa tqal huma megħjuna b’diversi mezzi. Dan l-appoġġ mhux neċessarjament offrut lilhom biss iżda wkoll lil persuni oħra qrib tagħhom. L-appoġġ jista’ jvarja, fosthom jisimgħu u jiggwidaw nisa tqal li għaddejjin minn diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom bħala riżultat tat-tqala. Il-ħaddiema soċjali jħeġġu lin-nisa tqal biex jagħtu prijorità lill-kura ta’ qabel it-twelid kemm meta jiġu biex jindirizzaw il-bżonnijiet tagħhom kif ukoll il-bżonnijiet tat-tarbija. Barra minn hekk, il-kuntatt ma’ professjonisti u servizzi involuti jsir biex jiġi żgurat il-forniment ta’ servizz ħolistiku offrut lill-klijenti u kull meta jkun meħtieġ u bil-kunsens tal-klijenti, huma wkoll marbuta u riferuti għal servizzi kif meqjusa meħtieġa fis-sitwazzjoni unika tagħhom.
Il-minuri huma appoġġjati prinċipalment permezz ta’ interventi mal-familja immedjata tagħhom ta’ dawk li jagħtu l-kura. L-appoġġ jista’ jvarja mill-għoti ta’ appoġġ ġenerali għal allegati tħassib dwar il-protezzjoni tat-tfal. Kull meta jkun meħtieġ, il-minuri u l-familja immedjata tagħhom jew dawk li jagħtu l-kura huma riferuti għal servizzi oħra wkoll.
Il-ħaddiema soċjali fl-Isptar Mater Dei jaħdmu ma’ nisa tqal u minuri. Madankollu biex tipprovdi servizz effettiv u ħolistiku dan jinvolvi kuntatt ma’ professjonisti li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei inklużi tobba; l-aktar Pedjatriċi u Ġinekologi; qwiebel, infermiera, skrivani, fi ħdan il-Klinika tat-Twelid u s-Swali Pedjatriċi. Barra minn hekk, il-kuntatt huwa wkoll ma’ professjonisti barra l-Isptar Mater Dei, inklużi dawk li jaħdmu fi ħdan servizzi differenti tal-FSWS u servizzi oħra, inklużi entitajiet governattivi oħra u NGOs.
Il-klijenti normalment jintlaħqu l-Isptar Mater Dei. Madankollu, hemm sitwazzjonijiet fejn il-klijenti jintlaħqu wkoll barra mill-bini msemmi, inklużi djarhom, skont it-tip ta’ appoġġ meħbctieġ.
It-tim tal-Emergency Oncall jaħdem barra l-ħinijiet tal-uffiċċju f’każijiet ta’ emerġenza li jeħtieġu intervent immedjat ta’ xogħol soċjali inklużi każijiet ta’ protezzjoni tat-tfal, każijiet ta’ vjolenza domestika, minorenni li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom u traffikar tal-bnedmin. L-Emergency Oncall jaħdem ukoll mill-qrib mal-pulizija speċjalment għal kontrolli fuq il-post li huma meħtieġa wara l-ħinijiet tal-uffiċċju u wkoll għall-intervisti tal-minorenni.
It-tim tal-Emergency Oncall jaħdem mill-5.30pm sat-8am matul il-ġimgħa u fuq bażi ta’ 24 siegħa fi tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi.
Il-professjonisti li jaħdmu fit-tim tal-Emergency Oncall huma kollha ħaddiema soċjali b’esperjenza u li jaħdmu f’servizzi differenti fi ħdan l-FSWS matul il-ħinijiet tal-uffiċċju. Kull ħaddiem soċjali jġib l-għarfien espert tiegħu stess fl-oqsma differenti tax-xogħol tagħhom u dan jippermetti lit-tim li jkollu ħiliet professjonali varjati stabbiliti f’diversi oqsma ta’ ħidma soċjali.
Il-biċċa l-kbira tar-riferimenti tal-Emergency Oncall jaslu jew mill-pulizija jew minn professjonisti oħra inklużi ħaddiema soċjali minn timijiet oħra, professjonisti tal-kura tas-saħħa inklużi tobba u infermiera jew inkella mis-Supportline 179. Il-każijiet il-ġodda kollha li jeħtieġu aktar segwitu, investigazzjoni u/jew appoġġ imbagħad jiġu riferuti lil servizzi oħra skont in-natura tal-każ.