Dr Karen Carachi hija counselling psychologist, specjalizzata fis-sahha mentali tal-adulti. Hija ghandha Bacellarat fil-psikologija mill-Universita ta’ Malta kif ukoll Dottorat f’ Counselling Psychology minn Glasgow Caledonian University, fir-Renju Unit. Ghandha l-warrant biex tippratika f’Malta kif ukoll fir-Renju Unit.
Dr Carachi tista’ toffri kemm assessments kif ukoll terapiji psikologici. Bhalissa hija qed tkompli tistudja f’Eye Movement Desensitization and Reprocessing therapy (EMDR). Hija hadmet f’diversi servizzi tas-saħħa mentali f’Malta u fir-Renju Unit, bhal fondazzjonijiet tas-sahha mentali, sptarijiet psikjatrici, u servizzi edukattivi. Dr Carachi hadmet b’mod terapewtiku ma’ nies t’ etajiet differenti u b’diversi problemi ta’ sahha mentali. Il-kumplessitaijiet tal kazijiet li jkollha jvarjaw minn livell moderat sa livell sever. Dr Carachi hadmet ukoll ma’ gruppi ta nies li gejjin minn diversi kulturi u gruppi ta’ minoranza.


