Deputat Kap ta’ ONE News, b’esperjenza fil-ġurnaliżmu li tmur lura għall-bidu tal-2014. L-iktar setturi li tikteb stejjer dwarhom huma dawk fis-soċjal, fis-saħħa u fit-turiżmu. Hija wkoll studenta tar-raba’ sena fil-kors tal-Istudji taż-Żgħażagħ fl-Università ta’ Malta, u tixtieq tispeċjalizza b’Masters fit-Terapija tal-Familja. Hija wkoll attivista favur is-saħħa mentali. L-ikbar passjoni tagħha huwa s-safar u s’issa żaret 33 pajjiż. Persuna pożittiva u temmen li kollox jiġri għal raġuni. Tħobb ħafna l-annimali.


