Gradwata mill-London Metropolitan University u mill-Universita’ ta’ Malta, Amanda Grech hija psikoterapista u supervisor tat-terapija bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Professjoni tal-Psikoterapija f’Malta. Hija wkoll lettur tal-Psikoloġija fi ħdan l-International Baccalaureate offrut mill-Kulleġġ St. Edward’
Amanda Grech għandha esperjenza vasta fil-qasam soċjali. Hija bdiet il-karriera tagħha ma’ l-Aġenzija Appoġġ meta kienet qed tistudja l-Universita, fi żmien fejn l-Aġenzija kienet fil-bidu tagħha u kienet magħrufa bħala Social Welfare Development Unit. Wara li gradwat ħadmet għal diversi snin fis-servizzi tal-komunita’. Minn dak iż-żmien, Amanda Grech kellha diversi rwoli fi ħdan il-Fondazzjoni inkluż dak ta’ ‘Clinical Supervisor’ u ‘Trainer’ fejn ħadmet ma diversi ħaddiema inkarigati mit-tmexxija ta’ l-aġenzija u professjonisti oħra.
Matul il-karriera tagħha hija serviet fuq diversi bordijiet lokali u ħadmet mill-qrib tal-‘Parliamentary Standing Committee on Health’ rigward it-tema ta’ l-eta tall-kunsens sesswali. Bħala professjonista Amanda Grech tispeċjalizza,fil-‘Humanistic-Existential Psychotherapies’ u għandha interess speċjali fit-terapija tat-tfal u anke fil-proċess ta telfa li jgħaddi minnu l-bniedem matul il-ħajja.


