huwa Manager f’The Meeting Place Marsa, fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Soċjali u Solidarjetà, Familja u Drittijiet tat-Tfal fejn ġabar diversi studji, stħarriġ u rapporti dwar social outreach u family profiling u Networking ta’ NGO’s. Ħadem ma’ NGO’s u stockholders differenti. Is-Sur Grima huwa involut b’mod attiv fi ħdan diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex fid-diversi aspetti tal-qasam soċjali. Huwa kien inkarigat mil-loġistika, l-amministrazzjoni u d-distribuzzjoni tal-Iskema ta’ Għajnuna għall-Ikel tal-UE. Ħadem u għadu jaħdem fuq proġetti Ewropej differenti bbażati fuq il-bżonnijiet tal-grassroots f’diversi postijiet. Is-Sur Grima jservi f’diversi bordijiet bħal dawk tal-Fondazzjoni tas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, il-Fondazzjoni RISE, il-Fondazzjoni Kenn u Tama u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi.


