Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Is-Servizzi tal-ħaddiema soċjali provduti ġewwa l-Isptar Mater Dei huma permezz tal-Aġenzija Appoġġ. Is-servizz jipprovdi s-servizzi tiegħu lil pazjenti ta’ kull età li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet psiko-soċjali.

Is-servizz huwa provdut kemm lill-pazjent kif ukoll mal-qraba tagħhom, bil-għan li jiġu pprovduti s-servizzi meħtieġa biex jgħinu jiffaċilitaw il-proċess tat-tluq mill-isptar. Dan isir billi l-ħaddiema jagħmlu assessjar ħolistiku; b’enfasi fuq l-istorja tal-pazjent kif ukoll il-konsegwenzi li jġib miegħu l-mard. Il-ħtieġa li tiġi kkunsidrata l-istampa kollha flimkien mal-bżonnijiet immedjati hija kruċjali. Il-ħaddiema soċjali jgħinu u jħejju lill-pazjenti u l-familji tagħhom biex jieħdu deċiżjonijiet u jagħmlu l-arranġamenti neċessarji fir-rigward ta’ ritorn fil-komunità mill-Isptar Mater Dei.

Wara li l-pazjent jiġi rilaxxat mill-isptar, il-pazjent jista’ jiġi riferut għal servizzi oħra fil-komunità għal aktar appoġġ u monitoraġġ.

Contact details: 25455570 E: [email protected]

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.