Direttur tar-Riżorsi Umani, Taħriġ u Reklutaġġ, Anthony Apap, MSc Training & HRM, ingħaqad fil-qasam soċjali mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) fi Frar tas-sena 2011, responsabbli għall-maniġment kollu tar-riżorsi umani fuq livell korporattiv. Ħadem fis-settur privat ma’ bosta kumpaniji ewlenin b’esperjenza ta’ 15-il sena bħala Maniġer tar-Riżorsi Umani ma’ kumpanija lokali tal-Manifattura tal-Gass u għandu esperjenza ta’ snin twal fit-taħriġ professjonali tal-klijent, konsulent fir-riżorsi umani, Senior Positions Interviewer u Professional Development of Executives.
Ħadem għal perjodu ta’ 5 snin f’kumpanija privata ewlenija tat-telekomunikazzjoni fir-Riżorsi Umani u tahrig. Għal perjodu ta’ 5 snin kellu negozju personali li jitratta ħwejjeġ u aċċessorji għal tfal tat-twelid u ommijiet li qed jistennew tarbija. Irnexxielu wkoll jikseb esperjenza u kwalifika fit-teknoloġija tal-materjal tat-tessuti.
Matul il-karriera, speċjalizzata fit-taħriġ primarjament f’korsijiet qosra li għandhom x’jaqsmu mal-ħsieb kritiku, li jittrattaw l-istress, l-isfidi biex jinqdew tajjeb il-klijenti, komunikazzjoni effettiva fil-livelli kollha u tħejjija tal-Gwardjani tas-Sigurtà biex jikkwalifikaw li jkunu kompetenti biex jaħdmu mal-VIPs. Għamel riċerka u studja d-dinamika tal-illitteriżmu u ħarreġ individwi illitterati biex isiru litterati għall-impjieg.


