Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Anthony Apap

Direttur tar-Riżorsi Umani, Taħriġ u Reklutaġġ​

Direttur tar-Riżorsi Umani, Taħriġ u Reklutaġġ, Anthony Apap, MSc Training & HRM, ingħaqad fil-qasam soċjali mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) fi Frar tas-sena 2011, responsabbli għall-maniġment kollu tar-riżorsi umani fuq livell korporattiv. Ħadem fis-settur privat ma’ bosta kumpaniji ewlenin b’esperjenza ta’ 15-il sena bħala Maniġer tar-Riżorsi Umani ma’ kumpanija lokali tal-Manifattura tal-Gass u għandu esperjenza ta’ snin twal fit-taħriġ professjonali tal-klijent, konsulent fir-riżorsi umani, Senior Positions Interviewer u Professional Development of Executives.

Ħadem għal perjodu ta’ 5 snin f’kumpanija privata ewlenija tat-telekomunikazzjoni fir-Riżorsi Umani u tahrig. Għal perjodu ta’ 5 snin kellu negozju personali li jitratta ħwejjeġ u aċċessorji għal tfal tat-twelid u ommijiet li qed jistennew tarbija. Irnexxielu wkoll jikseb esperjenza u kwalifika fit-teknoloġija tal-materjal tat-tessuti.​

Matul il-karriera, speċjalizzata fit-taħriġ primarjament f’korsijiet qosra li għandhom x’jaqsmu mal-ħsieb kritiku, li jittrattaw l-istress, l-isfidi biex jinqdew tajjeb il-klijenti, komunikazzjoni effettiva fil-livelli kollha u tħejjija tal-Gwardjani tas-Sigurtà biex jikkwalifikaw li jkunu kompetenti biex jaħdmu mal-VIPs. Għamel riċerka u studja d-dinamika tal-illitteriżmu u ħarreġ individwi illitterati biex isiru litterati għall-impjieg.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.