Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Alfred Grixti

​Kap Ezekuttiv

Gradwat minn St Peter’s College fl-Università ta’ Oxford, il-Kap Eżekuttiv Alfred GRIXTI mexxa l-Fondazzjoni waqt l-akbar perjodu ta’ tkabbir kontinwu matul is-27 sena tagħha. Fil-fatt mindu kien magħżul biex imexxi l-FSWS fl-2014 l-baġit tal-Fondazzjoni kiber bi kważi tliet darbiet minn € 10.4 miljun għal € 28.2 miljuni fl-2022. Dawn in-flus kienu investiti biex jiġu impjegati aktar professjonisti biex jagħtu servizzi ġodda u aħjar lill-klijenti tal-Fondazzjoni. L-FSWS illum timpjega 968 persuna, jiġifieri aktar mid-doppju tat-395 li kienet timpjega fl-2013. Aktar importanti minn hekk, 78% ta’ dawn l-impjegati li jagħmlu xogħol dirett mal-klijenti. ​


Alfred GRIXTI huwa edukatur bi professjoni u serva bħala kap ta’ diversi skejjel tal-istat waqt li serva wkoll bħala s-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa jemmen bi sħiħ li l-istat għandu jassigura li ħadd ma jaqa’ lura u li l-ġid maħluq mill-ekonomija dejjem tikebr ta’ Malta għandu jintuża biex jiġu mgħejjuna l-aktar nies vulnerabbli fis-soċjetà. Għaldaqstant, matul it-tmexxija tiegħu ġew introdotti diversi servizzi ġodda mill-FSWS fosthom il-Home-Based Family Therapy Service, servizzi ġodda fil-komunità f’ Ħal-Qormi, ir-Rabat, Victoria (Rabat – Għawdex), Marsalforn, Marsaskala, Ħal-Kirkop, l-iMsida, il-Mosta w il-Fgura. Il-Fondazzjoni impjegat wkoll Risk Assessors għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, l-operaturi tal-linja 179, u full-timers fis-servizz ta’ aċċess b’ superviżjoni (SAV) kif ukoll introduċiet is-servizzi ġewwa Għawdex bil-għan li twieġeb għall-ħtiġijiet soċjali dejjem jinbidlu tal-familji Maltin u Għawdxin. 

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.